mutur – Page 5 – One News

Notifiki

L-isptar wara li weġġa’ b’mutur

Ġuvni ta’ 20 sena li kien qed isuq il-mutur fi Triq tal-Aħrax tal-Mellieħa ittieħed l-isptar Mater Dei. Dan wara li kellu impatt ma’ vann misjuq minn raġel ta’ 44 sena.

Il-każ seħħ għal ħabta ta’ 3.30pm u għalkemm jidher li l-ġuvni qed isofri minn ġrieħi serji, il-kundizzjoni tiegħu ma tidhirx li hi kritika.Aqra aktar

Raġel l-isptar wara inċident bil-mutur fil-Mosta

Raġel ittieħed l-isptar Mater Dei wara li dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku b’mutur fil-Mosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu f’Vjal l-Indipendenza fil-Mosta meta vettura tat-tip Vauxhall Astra misjuqa minn anzjan ta’ 73 sena residenti l-Mosta għal xi raġuni mhix magħrufa kellha impatt ma’ mutur tat-tip Honda CB 400 misjuq minn raġel ta’ 48 sena residenti San Ġwann.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Inċident tat-traffiku bejn mutur u karozza fil-Marsa

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11:25 ta’ dalgħodu qrib ir-roundabout ta’ Aldo Moro fil-Marsa, fid-direzzjoni ta’ Triq Diċembru Tlettax.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei biex tirċievi l-kura neċessarja.

Is-sewwieq tal-mutur irrifjuta l-għajnuna medika.

 

 

 

Inċident bejn mutur u karozza f’Ħaż-Żebbuġ

Ftit tal-ħin ilu għadu kif seħħ inċident f’ Ħaż-Żebbuġ, ħdejn l-iskola  St Dorothy’s.

L-inċident seħħ bejn mutur u karozza.

Fuq il-post issejħet ambulanza iżda jidher li ħadd ma weġġa’.

Aktar dettalji jsegwu.

 

AĠĠORNAT: Tfajla l-isptar wara ħabta bil-mutur

Tfajla ta’ 20 sena residenti l-Ħamrun ittieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura wara inċident fi Triq Fleur-de-Lys.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:00, minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ impatt bejn il-mutur u l-karozza meta kienu qed iduru mar-roundabout. Il-mutur tat-tip Yamaha kien qed jinstaq mit-tfajla ta’ 20 sena filwaqt li l-karozza Toyota Vitz kienet misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena residenti Ħal Qormi.

Aqra aktar

Send this to a friend