mutur – Page 4 – One News

Notifiki

Aġġornat: Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Birżebbuġa

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqt minn karozza kmieni dalgħodu f’Birżebbuġa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-07:00 fi Triq Għar Dalam, meta Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 63 sema miż-Żejtun laqtet mutur tat-tip Honda misjuqa mill-vittma li għandu 43 sena u huwa mill-Bulgarija.

Fuq il-post issejħet ambulanza biex tieħu lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

L-aħħar tislima lil Daryl Alosio

Daryl Aloisio ta’ 36 sena mill-Fgura jingħata l-aħħar tislima fil-Knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.

Iż-żagħżugħ tilef ħajtu nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu fi Triq il-Kosta.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/03/19/daryl-aloisio-hu-t-tieni-vittma-li-tilef-hajtu-bil-mutur-fi-triq-il-kosta-finqas-minn-jumejn/

Inċident bejn trakk u mutur fiż-Żurrieq

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ saqajh f’inċident li seħħ bejn trakk u mutur f’Valletta Road fiż-Żurrieq.

Dan ġara għall-ħabta tad-8.50am.

Mhux magħruf x’kienet il-konsegwenza ta’ dan l-inċident.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Send this to a friend