Musulmani | One News

Notifiki

200 familja megħjuna kull xahar

Nidħlu minn bieb ta’ garaxx komuni. Iżda, minn warajh qed isir ħafna ġid.  Mal-mitejn familja qed tirċievi għajnuna f’forma ta’ provvista ta ikel jew finanzi bis-saħħa tal Muslin Welfare Fund. Tkellimna dwar dan il-fond mal-Imam Musulman f’Malta Muhammed el Sadi.

“Dan l-Islamic Welfare fund twaqqaf fl-1994, fil-bidu l-komunità waqqfet dan il-fond biex ngħinu r-refuġjati mil-Bosnija li ġew fil-pajjiż minħabba l-gwerra hemhekk imbagħad infirex u sar jagħti għajnuna lil kull min għandu bżonn,” qal dan l-Imam

Aqra aktar

Ċelebrazzjoni tal-Iftar fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

F’riċeviment annwali tal-“iftar” li jorganizza l-Partit Laburista flimkien mal-komunità Musulmana f’Malta, ħareġ il-messaġġ t’appell għar-rispett – valur li m’għandux politika, reliġjon jew konfini.

L-attività kienet indirizzata mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista Chris Cardona, li stqarr li l-valuri tal-familja, karità u imħabba huma valuri tas-soċjetà kollha.

Aqra aktar

Komunità Musulmana f’Malta tesprimi KUNDANNA u tikkwota l-Quran

Il-Komunità Musulmana Ahmadiyya f’Malta ikkundannat bil-qawwi żewġ attakki separati li seħħew fi knejjes kattoliċi fl-Eġittu. Fi splużjoni fi Knisja fin-Nile Delta, 25 indarbu u 60 oħra sfaw midruba, filwaqt li f’attakk suwiċida f’Lixandra, tnejn inqatlu u 21 oħra sfaw midruba.

Dawn huma atti mhux umani u krudili, qalet il-Komunità f’Malta, u fi stqarrija ikkundannat dak li ġara bil-qawwa kolla. Talbet ukoll li l-istat jipprovdi protezzjoni sħiħa lil kull ċittadini li jgħix fil-pajjiż, irrispettivament mil-kulur tal-ġilda, twemmin jew politika. Appellat b’mod partikolari biex id-drittijiet tal-minuri jkunu protetti bi sħiħ mill-istat.

Ikkwotaw it-tagħlim mill-Quran u kkundannaw l-użu tal-forza fejn jidħol it-twemmin, jew f’isem ir-reliġjon.

“Aħna, membri tal-Ahmadiyya Muslin Jamaat, nesprimu l-kondoljanzi lill-familji tal-vittmi f’dan il-mument diffiċli u nitolbu biex dawk midruba jkollhom is-saħħa” temmet tgħid il-Komunità fi stqarrija ffirmata mill-president Laiq Ahmed Atif.

 

Nisa musulmani jinġabru f’Westminster biex juru solidarjetà mal-vittmi

Nisa musulmani nġabru f’Westminster biex juru s-solidarjetà tagħhom mal-vittmi tal-attakk terroristiku f’Londra.

Mat-tokki tal-Big Ben, in-nisa li libsu l-kulur blu bħala simbolu ta’ paċi ngħaqdu flimkien ma persuni oħra f’ħames minuti ta’ silenzju. Silenzju li jfakkar il-memorja ta’ dawk il-vittmi li tilfu ħajjithom mingħajr ebda ħtija u ngħaqdu mal-mijiet ta’ Ewropej li tul l-2016 u l-2017 spiċċaw f’attakk terroristiku.

Aqra aktar

Gidba li t-tfal kollha se jibdew jitgħallmu l-Islam

Hija impressjoni żbaljata dik li nxterdet fost xi wħud li t-tfal kollha fl-iskejjel Maltin se jibdew jitgħallmu l-Islam. Qal dan il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, li uża l-facebook biex jiċċara għidut li nxterrdu.

“Ejja niċċaraw l-affarijiet dwar tagħlim tar-reliġjonijiet fl-iskejjel. Bħalissa għandna t-tagħlim tar-reliġjon Kattolika u tal-etika għal dawk li jagħżlu li ma jieħdux tagħlim tar-reliġjon Kattolika.”

Aqra aktar

L-istat ta’ Seattle jiddeċiedi li jwaqqaf il-‘Muslim ban’ ta’ Trump

Imħallef Amerikan f’Seattle ħareġ waqfien temporanju għad-deċiżjoni tal-Prisedent Donald Trump li ma tħallix vjaġġar minn seba’ pajjiżi Musulmlani.

L-Imħallef James Robart iddeċieda kontra l-auvkati tal-Gvern, li qed jinsistu li stati Amerikani m’għandhomx id-dritt jopponu l-ordni eżekuttiva ta’ Trump.

Intant id-deċiżjoni ħolqot protesti u taħwid fl-ajruport Amerikani. Madwar 60,000 visa ttieħdet lura minn meta Trump ħabbar id-deċiżjoni. Iżda uffiċjali mill-White House iddeskrivew id-direttiva ta’ Trump bħala legali u f’lokha.

Send this to a friend