mumbai | One News

Notifiki

Inċident fi stazzjon tal-ferrovija fl-Indja jħalli l-vittmi

22 persuna tilfu ħajjithom u 30 oħra ndarbu f’inċident li seħħ f’Mumbai fl-Indja kkawżat minn iffullar fi stazzjon tal-ferrovija.

L-inċident seħħ f’ħin meta l-aktar ikun hemm nies fl-istazzjon Elphinstone – li jgħaqqad tnejn mill-iżjed rotot prinċipali fil-belt.

Lil’hinn mill-iffullar, ix-xita u l-għargħar kbir li bħalissa hemm f’Mumbai m’għenx is-sitwazzjoni.

Dawk midruba ttieħdu fi Sptar fil-viċin għall-kura meħtieġa.

Kelliem għall-istazzjon qal lill-ġurnalisti li fil-ħin tal-inċident kien hemm numru kbir ta’ nies li daħlu jistkennu mix-xita, fl-istess ħin li oħrajn kienu deħlin u ħerġin mill-istazzjon biex jivjaġġaw.

Il-misteru wara l-klieb bluni

Attivisti li jitkellmu favur id-drittijiet tal-annimali fil-Mumbai raw xena mhux tas-soltu, hekk kif bosta klieb li jiġru fit-toroq inbidlilhom l-kulur tal-pil u saru bluni.

Kien proprju wara ftit tfittxija fiż-żona industrijali, post fejn fiha wieħed isib diversi fabbriki, fosthom chemical plants, li x’aktarx sabu r-raġuni wara dan il-misteru.

Aqra aktar

Send this to a friend