MTA – One News

Tibda tingħalaq uffiċjalment il-Park Hotel f’Tas-Sliema

Hekk kif ilbieraħ, il-Qorti tal-Appel ġabet fis-seħħ avviż ta’ infurzar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kontra l-Park Hotel f’Tas-Sliema, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu avżat lit-tmexxija tal-Park Hotel biex tagħlaq il-lukanda.

Hija wissietha wkoll biex ma taċċettax aktar turisti u biex it-turisti li hemm bħalissa jinstabilhom post ieħor.

Aqra aktar

Żieda fl-ammont ta’ turisti mill-Polonja li żaru Malta

Is-suq turistiku pollakk lejn Malta esperjenza żieda ta’ 12.3% bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Tul l-2017, il-Gżejjer Maltin laqgħu 89,335 turist, bis-suq Pollakk ikun il-ħames l-akbar sors ta’ turiżmu lejn Malta. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, kienet bassret li sal-aħħar ta’ Diċembru n-numru ta’ turisti Pollakki li jżuru Malta jlaħħaq il-100,000.Aqra aktar

Malta – Destinazzjoni ideali għall-Yoga

L-awtorità Maltija għat-turiżmu riċentament laqgħet crew televiżiv mill-istazzjon tat-televiżjoni popolari Awstrijakk ORF Sports+ li ġew f’pajjiżna jiffilmjaw sensiela ta’ episodji marbuta mal-yoga li se jkunu parti minn sensiela televiżiva.

Aqra aktar

Il-mara r-rieqda u r-Reġina Victoria wkoll parteċipi f’Pink October!

Il-kampanja Pink October qed tinfirex mal-pajjiż kollu biex ikun hawn iktar għarfien dwar kif nistgħu niġġieldu l-marda tal-kanċer tas-sider.

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tappoġġja din il-kampanja bi sħiħ, u ta’ kull sena, l-impjegati tal-MTA jagħtu donazzjonijiet għal dan il-ġest nobbli. Din is-sena, għażlu li jnisslu tbissima fuq fommna wkoll bil-kampanja ‘Get Your Pink On’.

Ara kif xi żoni turistiċi ingħataw ir-roża biex l-ispirtu ta’ Pink October verament jinfirex mal-pajjiż kollu!

 

ARA: Elrow jiġi Malta

Il-party mondjali elrow se jiddebutta hawn Malta b’avveniment f’Settembru

L-ikbar ismijiet fil-mużika elettronika se jkunu f’Uno Malta nhar il-15 ta’ Settembru.

Aqra aktar