mriehel | One News

Notifiki

It-triq mill-Marsa Ħamrun Bypass għall-Imrieħel tinfetaħ minn għada

Il-bini mill-ġdid tat-triq li tgħaqqad il-Marsa-Ħamrun Bypass mal-Imrieħel Bypass miexi b’ritmu mgħaġġel, tant li din l-arterja ewlenija mistennija terġa tinfetaħ għas-sigħat ta’ matul il-jum minn għada t-Tlieta.

Din it-triq, li tintuża biex meta tkun għaddej mill-Marsa-Ħamrun Bypass, mid-direzzjoni tal-Masra ddur lejn l-Imrieħel Bypass fid-direzzjoni ta’ Ħ’Attard, ingħalqet it-Tnejn filgħodu sabiex tinbena b’pedamenti u asfalt ġodda bħala parti mill-aħħar xogħlijiet tal-proġett tat-twessigħ tal-istess Marsa-Ħamrun Bypass.Aqra aktar

Sewwieq ta’ mutur jindarab f’inċident tat-traffiku

Sewwieq ta’ mutur ta’ 58 residenti Għajnsielem qed isofri minn xi ġrieħi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku aktar kmieni dalgħodu fil-bypass tal-Imrieħel.

L-inċident seħħ kawża t’impatt bejn karozza u mutur għall-ħabta tas-07:30.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn żagħżugħa ta’ 19 minn Ħal Qormi, li ttieħdet l-Isptar Mater Dei minħabba x-xokk li ħadet, iżda ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

MALTA LI QED TINBIDEL

F’dan ir-ritratt tista’ tara x-xogħol fit-toroq li jagħmlu d-dawra ta’ Buġibba. Fil-bidu ta’ April tħabbar li se jkun qed isirilhom manutenzjoni estensiva b’investiment ta’ €3.5 miljun, li huma parti mill-flus li nġabru permezz tal-kontribuzzjoni ambjentali li jħallsu t-turisti.

Bħala parti mill-manutenzjoni, qed isir re-surfacing tat-toroq.

Dan hu proġett li ilu mistenni ferm hekk kif l-istat tat-toroq f’din iż-żona qed jagħtu dehra mill-iktar kerha lill-lokalità ta’ Buġibba. Il-proġett huwa maqsum f’ħames fażijiet, u din hija waħda minnhom.

Aqra aktar

Send this to a friend