MPE – One News

Notifiki

Rappreżentanza ugwali tiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi

In-nisa m’għandhomx bżonn lil xi ħadd biex jagħtihom vuċi imma l-ispazju biex jinstemgħu’, qalet il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Miriam Dalli.

“Ma għandniex bżonn lil xi ħadd li jagħtina vuċi imma l-ispazju għall-opportunitajiet indaqs biex nuru dak li aħna kapaċi nagħmlu,” qalet Dr Dalli waqt li kienet qed tindirizza seminar għal ġurnalisti organizzati mill-Parlament Ewropew biex jimmarka l-Jum Internazzjonali tal-Mara.

Dalli, l-ewwel mara li nħatret editur tal-aħbarijiet għal stazzjon televiżiv Malti, ħeġġet lill-ġurnalisti u lill-opinjonisti biex jiġġieldu narrativi sesswali: Nisa li jaħdmu flimkien jaħdmu aħjar.

Aqra aktar

Casa se jissokta bil-ħmieġ

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa se jissokta bil-kampanja tieghu ta’ tfigh ta’ tajn u hmieg kontra Malta meta dalghodu se jindirizza konferenza stampa li matulha mistenni “jippubblika” rapport inkonklussiv tal-FIAU.
Dan ir-rapport li Casa ilu jxejjer f’idejh xhur sħaħ, diġa’ ġie miċħud mill-agenzija FIAU u saħansitra ntqal li r-rapport li jirreferi għalih Casa, huwa wieħed li mhuwiex finali.
David Casa huwa l-istess MPE parti mid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li ġiet Malta fuq missjoni ta’ “tfittxija għall-fatti”. Din il-missjoni rriżulta li kellha diġa’ l-konklużjonijiet dwar Malta lesti li anke saħansitra nkludew ammont ta’ informazzjoni skorretta fir-rapport finali.

Aqra aktar

Marlene Mizzi tippromwovi l-ħiliet intraprenditorjali fl-ekonomija diġitali ġdida

Fis-27 ta’ Settembru l-MPE Laburista Marlene Mizzi se ttella’ konferenza fil-Parlament Ewropew fi Brussell bit-tema “Il-ħiliet intraprenditorjali huma ċ-ċavetta għas-sopravivenza tad-diġitalizzazzjoni?”.

L-għan ta’ dan l-avveniment huwa li nippromwovu l-importanza tal-ħiliet intraprenditorjali diġitali fl-Ewropa.

“In-nuqqas ta’ ħiliet u d-distakk fl-Ewropa qegħdin jikbru malajr. Id-diskrepanza fil-ħiliet li teżisti llum il-ġurnata, speċjalment fil-qasam tal-intraprenditorja diġitali, huwa fenomenu li dejjem qed jikber aktar. Dan l-iżbilanċ – partikolarment li għandu x’jaqsam mal-ħiliet intraprenditorjali li huma tant importanti biex jgħinu lis-swieq tax-xogħol futuri jirnexxu f’din l-ordni tax-xogħol ġdida – irid jiġi indirizzat b’urġenza,” qalet l-MPE Marlene Mizzi.
Aqra aktar

David Casa jwissi kontra l-ġlied intern

Xhieda ta’ kemm fil-battalja għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qed ikompli jintilef il-kontroll kienet dikjarazzjoni li David Casa għamel fl-aħħar jiem fil-każin Nazzjonalista taż-Żurrieq. Casa, li huwa interessat fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, mar iż-Żurrieq biex jappoġġja lil Chris Said, wieħed mill-erba’ kontestanti għall-kariga ta’ kap.

Aqra aktar

Casa bi sforz ieħor biex ixewwex kontra Malta

David Casa kompla bl-isforzi tiegħu biex fl-istituzzjonijiet Ewropej ikompli jħammeġ isem Malta. Wara li ftit tal-jiem ilu l-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, Franz Timmermans, ma taħtx sodisfazzjon wara li prova jdaħħlu fid-dibattitu politiku Malti maħluq mill-Partit Nazzjonalista, issa Casa reġa kitiblu.

Qallu li l-Prim Ministru, ic-chief of staff tiegħu u l-Ministru Konrad Mizzi qed iħaddmu skema ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus. Konklużjoni ta’ Casa li ma tirriżulta minn imkien.

Aqra aktar

“Hemm raġunijiet ekonomiċi għala s-sajjieda tradizzjonali m’għandhomx jiġu injorati”

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew qal li hemm raġunijiet ekonomiċi b’saħħithom biex jiġu mħarsa s-sajjieda tradizzjonali.

Alfred Sant qal li l-pożizzjoni istitutuzzjonali u ekonomika tas-sajjieda tradizzjonali ma ġietx ikkunsidrata biżżejjed meta tfasslet il-politika tal-konservazzjoni. Sant qal dan waqt li vvota favur ir-rapport ‘Il-qagħda tal-istokks tal-ħut u s-sitwazzjoni soċjo-ekonomika tas-settur tas-sajd fil-Mediterran’, fil-Parlament Ewropew fi Brussell.

Aqra aktar

Send this to a friend