Moodys – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Moody’s tikkonferma rating A3 għal Malta

Għal darb’oħra l-aġenzija ta’ kreditu indipendenti Moody’s reġgħet ikkonfermat ir-rating ta’ Malta A3 bi prospettivi pożittivi għall-futur.

Fl-analiżi tagħha tal-ekonomija Maltija, Moody’s qalet ukoll li dan ir-rating mistenni jkomplu jtejjeb il-qagħda tal-finanzi pubbliċi.

Moody’s qalet ukoll li dan ir-rating pożittiv wasal grazzi għat-tkabbir robust tal-ekonomija u grazzi għall-għaqal tas-settur bankarju lokali.Aqra aktar

Kien imiss lil Fitch

Kien imiss lil Fitch li tkun it-tielet aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li tagħti riżultat b’saħħtu lil pajjiżna. Wara l-upgrades ta’ Moody’s u d-DBRS Fitch żammet ir-rating ta’ Malta f’livell A+. Livell li pajjiżna tela’ għalih is-sena li għaddiet. Fost oħrajn Fitch semmiet l-importanza tal-governanza tajba u kif anke hawn Malta kisbet riżultati b’saħħithom. Intqal li r-riżultati huma indikazzjoni ta’ rule of law b’saħħitha u gvern effettiv. Meta rreaġixxa għal dan il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kellu kliem ta’ sodisfazzjon. Anke għax l-aġenzija indipendenti qed tbassar li l-eokonomija Maltija se tibqa’ tkun iktar b’saħħitha minn ta’ oħrajn fl-istess livell. Ir-rata ta’ 7.2% fit-tkabbir ekonomiku kienet marbuta wkoll mal-esportazzjoni tas-servizzi.

Fitch tbassar ukoll li Malta se jibqa’ jkollha surplus. Din is-sena dan is-surplus mistenni jkun ta’ 1.5%. Filwaqt li kien innutat ukoll kif id-dejn ta’ pajjiżna qed jonqos. Fitch tinnota s-settur bankarju b’saħħtu f’Malta, il-fatt li għandna qgħad baxx u l-fatt li r-rata ta’ inflazzjoni kienet iżgħar, inqas minn ta’ pajjiżi oħra fl-istess kategorija.

“Malta pajjiż interessanti li għandu ħafna x’joffri” – Edward Scicluna

F’konferenza b’reazzjoni għat-titjib fit-tbassir ta’ żewġ aġenziji ta’ kreditu internazzjonali dwar pajjiżna, il-Ministru tal-Finanzi l-Professur Edward Scicluna, tkellem dwar żewġ fatturi li wasslu biex l-aġenziji għollew ir-rating tal-ekonomija ta’ pajjiżna.

Il-Ministru nnota kif pajjiżna wiret mażra m’għonqu minħabba d-dejn u l-garanziji tal-Gvern li ħalliet warajha amministrazzjoni preċedenti.

Mażra li iżda, bit-tkabbir ekonomiku u l-għaqal fit-tmexxija tal-Gvern, kull ma jmur qed tonqos; biex il-pajjiż ikun jista’ jimxi ’l quddiem b’kunfidenza.Aqra aktar

Il-PN jinsisti li ma raħsux il-kontijiet

Kważi erba’ snin mindu l-Gvern ta’ Joseph Muscat raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’medja ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija, esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista qalu li mhux veru raħsu l-kontijiet.

Dan meta bit-traħħis fil-kontijiet tad-dawl il-poplu Malti u Għawdxi żamm f’butu aktar minn sebgħin miljun ewro fi flus li seta’ jonfoq f’affarijiet oħrajn.

Aqra aktar

Żewġ konfermi oħra ta’ kif qed nibdlu l-pajjiż

Ir-rapporti fl-aħħar sigħat mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu huma xhieda oħra ta’ kif amministrazzjoni tal-Partit Laburista qed tibdel dan il-pajjiż. Filwaqt li llum sar normali nitkellmu fuq upgrades, sa ftit tas-snin ilu dan il-pajjiż kien qed jiffaċja sensiela ta’ downgrades.Aqra aktar

Moody’s ixxejjen il-kampanja tal-PN dwar korruzzjoni

• Tgħid li Malta għandha istituzzjonijiet sodi
• Pajjiżna f’pożizzjoni aħjar minn pajjiżi oħra

L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Moody’s tat marka High (+) lil Malta fejn għandu x’jaqsam il-kontroll ta’ korruzzjoni.

Fir-rapport annwali tagħha fuq pajjiżna l-aġenzija Moody’s ikkonfermat kif f’Malta m’ hawnx problemi bil-korruzzjoni jew bil-liġi, jew aħjar ir-rule of law.

Dan ir-rapport – magħruf bħala Issuer In-Depth report kien ippubblikat fl-aħħar jiem.

L-esperti ta’ Moody’s isostnu li f’pajjiżna hawn robust policy framework u jgħidu li “Malta’s institutional improvement is also reflected by the relative high ranking in the Worldwide Governance Indicators of the World Bank.”Aqra aktar

Wara s-surplus, Moody’s ittejjeb it-tbassir ekonomiku għal Malta

Wara li ġimgħa u nofs ilu l-aġenzija Moody’s ippubblikat pubblikazzjoni fejn faħħret is-surplus miksub mill-Gvern Malti, l-esperti ta’ din l-aġenzija internazzjonali rrivedew ’il fuq it-tbassir ekonomiku għal pajjiżna.

Fi Credit Opinion ippubblikata fuq is-sit tagħha, Moody’s għolliet it-tbassir tagħha għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna din is-sena għal 4.3%, dan meta sa Jannar li għadda kienet qed tbassar tkabbir ta’ 3.4% għall-2017.

Aqra aktar

Send this to a friend