monument | One News

Notifiki

Manuel Delia jirtira l-proċedura li fetaħ hu stess dwar il-Monument tal-Assedju l-Kbir

Fl-aħħar minuti sar magħruf li Manuel Delia rtira l-proċedura li fetaħ hu stess dwar il-Monument tal-Assedju l-Kbir.

Dan sar magħruf wara stqarrija li ħarġet mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fejn irrefera għat-talba għall-ħruġ tal-mandat ta’ inibizzjoni magħmul minn Emanuel Delia fl-ismijiet ‘Emanuel Delia vs L-Onorevoli Owen Bonnici fil-kapaċità tiegħu ta’ Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali et’ (rikors numru 1462/2018), u wkoll għall-kontromandat ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 fl-atti tal-istess rikors minn Emanuel Delia, li fih jintqal li ‘l-istess intimati wettqu u fil-ġranet ta’ wara rrepetew għal diversi drabi l-atti li l-esponenti talab li l-intimati jiġu inibiti milli jwettqu’.

Aqra aktar

“Manwel Delia ma jistax jippretendi li d-dritt tiegħu huwa ikbar minn ta’ Maltin oħra”

L-avukat Joseph Brincat ippreżenta rikors fil-Qorti fil-konfront ta’ Manwel Delia dwar il-monument tal-Assedju l-Kbir, fejn qal li jekk Delia jippretendi li għandu d-dritt tal-liberta tal-espressjoni, daqstant ieħor l-esponenti għandu l-istess dritt li l-monument jibqa’ jinsinjifika dak li dejjem kien is-sinjifikat tiegħu. Manwel Delia ma jistax jippretendi li d-dritt tiegħu huwa ikbar minn dak li kien oriġinali għall-esponenti u ħafna Maltin oħra, kif ġie stabbilit anke permezz ta’ dikjarazzjonijiet uffiċċjali taħt diversi amministrazzjonijiet dwar il-monument tal-Assedju l-Kbir. Aqra aktar

Jibda xogħol ta’ restawr fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt

Il-monument tal-Assedju l-Kbir f’Misraħ l-Assedju fil-Belt bħalissa qed ikun irrestawrat mill-Aġenzija tal-Kutura fi ħdan Heritage Malta, li hija responsabbli miż-żamma tal-monumenti Nazzjonali f’pajjiżna.

Fi ftit sigħat, il-monument se jkun iċ-ċentru ta’ ċerimonja li se tfakkar ir-rebħta ta’ Malta u tal-Ordni ta’ San Ġwann fl-1565, meta ntemmu xhur ta’ battalji kontra l-Ottomani.Aqra aktar

Illejla ONE b’xandira diretta tal-inawgurazzjoni tal-monument tal-Perit Mintoff

Illejla fi Pjazza Kastilja se ssir l-inawgurazzjoni tal-monument tal-Perit Dom Mintoff, xogħol tal-artist Noel Galea Bason.

Fit-8pm se tkun qed tibda ċ-ċerimonja li l-qofol jintlaħaq bil-kxif tal-monument tal-eks Prim Ministru ta’ Malta. Pjazza Kastilja se tkun riservata għan-nies mistiedna għal din iċ-ċerimonja waqt li l-pubbliku se jkun jista jsegwi dan l-avveniment storiku fuq ONE b’xandira diretta li tibdà fit-8pm ‘il quddiem.

Eżatt wara ċ-ċerimonja, il-ġurnalist Edward Montebello se jkun qed jippreżenta programm speċjali dwar ħajjet il-Perit Dom Mintoff. Fil-programm hemm diversi servizzi u intervisti mħejjija u flimkien mal-mistiedna fil-programm se tkun qed issir analiżi storika dwar il-ħajja pubblika ta’ dan il-ġgant fil-politika Maltija.

Il-monument tal-Perit Mintoff fi triqtu lejn Malta

Il-monument tal-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Dom Mintoff jinsab fi triqtu lejn Malta hekk kif issa jinsab lest wara li nħadem fil-Fonderia Domus Dei, li tinsab f’Pomezia – ftit ’il barra miċ-ċentru ta’ Ruma.

B’għoli ta’ madwar żewġ metri u ħamsa u erbgħin ċentimetru, dan il-monument fih tliet mija u ħamsin kilogramma ta’ bronż.Aqra aktar

Għada l-Erbgħa tat-Tniebri – xi jfisser?

Għada huwa l-Erbgħa tat-Tniebri. Illum il-gurnata kważi qajla nafu biha ħlief dawk li għandhom għal qalbhom dawn iż-żminijiet. Kien iż-żmien li fih il-Knisja Kattolika kienet tidħol fil-perjodu tad-dlam għaliex tfakkar meta Ġesù Kristu kien beda jipprepara għal dak li kellu jgħaddi minnu.

Aqra aktar

Send this to a friend