moira delia | One News

Notifiki

ARA: Pazjenta fl-isptar Mater Dei titlob talba partikolari dwar il-Pupa tagħha

Aktar kmieni llum l-istaff tal-isptar Mater Dei ġie mitlub talba partikolari mingħand pazjenta li ddaħħlet l-isptar ftit jiem biss ilu. Ġara li meta l-pazjenta ttieħdet l-isptar, ħalliet wara lil Pupa; kelba ċkejkna u bdiet tinkwieta dwarha.

Wara li saru l-arranġament meħtieġa u anke koordinazzjoni bejn il-pulizija tad-distrett tal-Ħamrun, is-sezzjoni tal-Animal Welfare u Moira Delia, l-istaff irnexxielu jintervjeni fejn sabu lil Pupa waħedha; tawha x’tiekol u x’tixrob u ħaduha ġo xelter sakemm sidtha stess terġa’ tmur lura tiġborha la tirrikovera ruħha mill-isptar Mater Dei.

Ġest tassew ħelu mill-istaff tal-isptar Mater Dei.

F’Malta ssib nies li l-ewwel iġibu pet id-dar imbagħad ma jsibux ħin għalih

”Ma jistax ikun illi ta’ kuljum nibqa’ nirċievi messaġġi mingħand nies li minħabba n-nuqqas ta’ impenn lejn il-pet tagħhom iduru fuqi sabiex insibilhom sid ġdid.”

Hekk saħqet Moira Delia fuq il-midja soċjali Facebook fejn esprimiet il-frustrazzjoni tagħha li tgħaddi minnha ta’ kuljum fejn fost l-aktar messaġġ popolari huwa li t-tfal mhumiex jieħdu ħsieb il-pet tagħhom.

Mara b’iktar minn passjoni waħda

Moira Delia – isem magħruf sew fix-xena tal-ispettaklu f’Malta, biż-żewġ dixxiplini tal-fencing u l-kickboxing flimkien mal-imħabba lejn l-annimali jkunu tliet elementi ewlenin li jsawru l-karattru tagħha.

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-fencing?

L-imħabba tiegħi lejn il-fencing bdiet meta sitt xhur wara li twieled it-tifel, xtaqt nagħżel sport mhux tas-soltu u li fl-istess ħin itini saħħa psikoloġika aħjar sabiex naffaċċja l-ħajja b’ċerta pożittività.

Xtaqt ukoll li wiċċi ma jidhirx waqt li nkun qed nipprattika dan l-isport u għalhekk l-għażla awtomatika tiegħi marret fuq il-fencing.

Aqra aktar

Send this to a friend