mobile – One News

Notifiki

Kien jieħu l-mobile tas-sieħba biex jaċċessa l-profili soċjali tagħha

F’żewġ każi separati l-Qorti semgħet kif raġel kien juża mobile phone tas-sieħba tiegħu sabiex jaċċessa il-profili tagħha fis-siti soċjali u kif wara l-mara pruvat tkisser l-apparat elettroniku li kien tiegħu.

Ir-raġel ta’ 37 sena wieġeb li mhux ħati għall-akkużi. Huwa kien akkużat ukoll li m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija. Huwa ma ingħatax il-ħelsien mill-arrest.Aqra aktar

Seraq mobile biex ibigħu u jixtri x’jiekol minn dawk il-flus

Raġel bla dar li seraq mobile ġie kkundannat 16-il xahar ħabs. Il-Qorti semgħet kif Abdulnasir Mohammed Abdulahi ta’ 28 sena mis-Somalja, seraq mobile minn sid ta’ stabbiliment tal-ikel fil-Ħamrun wara li aljena lill-istess sid. Fl-istess ħin kien akkużat b’serqa aggravat u li huwa riċediv.  Aqra aktar

Vodafone u Melita se jingħaqdu

Il-kumpaniji Melita u Vodafone se jingħaqdu. Dan ħabbruh fi stqarrija, fejn spjegaw li se tkun qed tinħoloq kumpanija li toffri firxa wiesa ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni. Intqal li l-kumpanija ġdida se tkun f’pożizzjoni vantaġġjuża, għax se jingħaqdu flimkien it-tajjeb taż-żewġ kumpaniji. Fost oħrajn se jkunu qed jintroduċu servizzi ta’ 4.5G, u aktar tard 5G, fuq il-mobile networks tal-klijenti tagħhom.

App ġdida: “JOSEPH MUSCAT”

Permezz ta’ din l-application li tista’ tniżżel fuq il-mobile tiegħek, tista’ ssib l-informazzjoni kollha li għandek tkun taf fuq l-elezzjoni ġeneral. L-app hija b’xejn u tinkludi tagħrif dwar proposti, avvenimenti, u dak kollu li hemm bżonn tkun taf f’din il-kampanja elettorali.

Aqra aktar

Problema li kumpaniji tal-IT ma jistgħux isibu mezzi kif isolvuha

Kif tmejjel u ċċaqlaq il-mobile tiegħek waqt li ddaħħal il-password jista’ jkun qed jagħti ħjiel qawwi lil hackers dwar il-pin number u l-passwords tiegħek.

Almenu hekk qed jgħidu esperti mill-Università ta’ Newcastle. Dawn analizzaw il-moviment li jagħmel bniedem meta juża smartphone. Wara ċertu ħin josservaw, kienu kapaċi jaqtgħu l-passwords ta’ nies quddiemhom, huma u jdaħħlu l-pin numbers, 70% tad-drabi, fl-ewwel attentat. Sakemm provaw għall-ħames darba, setgħu jiskopru l-pin numbers 100% tad-drabi.

It-tim ta’ esperti qalu li kumpaniji kbar tat-teknoloġija jafu bil-problema imma ma jistgħux isibu mezzi kif isolvuha. 

Se jkollu jpatti talli seraqlu l-mowbajl u ħebb għalih b’sikkina

Żagħżugħ Somalu ta’ 21 sena ngħata s-sentenza ta’ 30 xahar ħabs wara li ħebb għal raġel b’sikkina f’San Ġiljan u seraqlu l-mowbajl.

Il-każ seħħ f’Marzu tas-sena li għaddiet meta l-akkużat kien diġà f’perjodu effettiv ta’ sentenza sospiża li ngħatatlu f’Awwissu tas-sena ta’ qabel.

Għalkemm fil-Qorti qam l-argument li s-Somalu ma kienx jaf x’qed jagħmel għax kien taħt l-effett tal-alkoħol, il-Qorti sabet lis-Somalu ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh u ġie kkundannat għal sentenza ta’ tletin xahar ħabs u mmultat mija u sittax –il ewro.

SE JIRRITORNA l-famuż Nokia 3310!

Ħafna llum bl-ismart phone. Ħafna oħra, apparti l-ismart phone, għandhom dak li llum tista’ tqisu dinożawr fid-dinja teknoloġika: b’saħħtu imma estint. Qed nirreferu għan-Nokia 3310, dak il-famuż mobile li l-batterija ddum isservi ġimgħa, u li twaqqa’ kemm twaqq’ fih, jibqa sħiħ.

Il-kumpanija Nokia ħabbret li dan se jerġa’ jibda jkun manifatturat! Se jkun jiswa €59 biss u se jkun qed jiġi riklamat bħala mobile li jaqbillek ikollok bħala t-tieni wieħed. Mistenni jkun imniedi waqt il-Mobile World Congrett aktar tard dan ix-xahar.

Ħasra mhux qabel, għax kien ikun rigal tajjeb għall-maħbub jew maħbuba. Bejn għax jaf iqanqal il-memorji, u bejn għax ma jkunx hemm aktar skużi li ‘bla battery’!

Send this to a friend