mita – One News

Notifiki

Il-grupp Russu “Fancy Bear” jista’ jkun wara attentati ta’ hacking fuq il-Gvern

Grupp Russu jista’ jkun il-moħħ wara attentati ta’ hacking fuq is-sistema tal-kompjuters tal-Gvern. Dawn l-attentati ma rnexxewx u seħħew meta Malta ħadet f’idha l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew. Rapport fuq ‘threat intelligence’ kkummissjonat mill-MITA jsemmi l-possibbiltà tal-involviment ta’ hackers Russi, magħrufa bħala “Fancy Bear”.

Tony Sultana, Chairman Eżekuttiv tal-MITA, kien kawt iżda kien ikkwotat jgħid li ebda sistema ta’ siti jew emails ma’ ġiet effetwata, iżda kien hemm żieda sostanzjali fl-ammont ta’ attentati ta’ hacking.

Il-Prim Ministru jħabbar investiment ta’ €40 miljun fit-tisħiħ tas-sistemi tal-ICT

Il-Gvern illum nieda l-proġett CONvErGE li se jsir b’investiment ta’ €40 miljun. Permezz ta’ dan il-proġett, il-Gvern se jkompli jsaħħaħ is-Servizz Pubbliku billi jtejjeb is-sistemi tal-ICT tiegħu.

Kien il-Gvern ta’ Joseph Muscat li nieda l-istrateġija diġitali nazzjonali – Digital Malta, fil-fatt fl-indirizz tiegħu l-Prim qal li kienu ta’ unur li jniedi din l-istrateġija li hija msejsa fuq it-tliet pilastri ewlenin ta’ ċittadini, negozju u Gvern diġitali.

Aqra aktar

IT-TIELET F’SIEGĦA

  • MALTA MAL-IKTAR TLIET PAJJIŻI PARTEĊIPI FL-HOUR OF CODE
  • PROGRAMM EDUKATTIV FIL-QASAM TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-INFORMATIKA

Kulħadd jista’ jipprogramma. Messaġġ li donnu qiegħed jasal sew għaliex pajjiżna ġie kklassifikat fit-tielet post minn fost 20 pajjiż li jieħdu sehem fil-programm Hour of Code. Programm li jgħin persuni jifhmu aħjar id-dinja diġitali u li jkollhom kontroll aħjar tagħha.

Fil-fatt Hour of Code huwa moviment globali li qed jasal għand miljuni ta’ studenti ġejjin minn aktar minn 180 pajjiż u Malta ilha tieħu sehem fih fuq skala nazzjonali għal dawn l-aħħar sentejn.

Sentejn li waslu biex ksibna suċċess. Tant li kien hemm biss żewġ pajjiżi li għaddew lill-pajjiżna f’dik li hi parteċipazzjoni u attivitajiet meta mqabbel mad-daqs tal-popolazzjoni. Dawn kienu r-Russja fit-tieni post u l-Italja fl-ewwel post.

Aqra aktar

L-Istrina aktar teknoloġika, b’app ġdid u xejn inqas minn 90 voluntier mill-MITA

Tnediet  app tal-Malta Community Chest Fund (MCCF) immirata biex iżżomm lin-nies aġġornati bl-avvenimenti kollha li jsiru b’risq il-fond.
Wayne Zammit, senior solutions architect, qal kif mill apps issa se tkun tista’  idaħħal l-avvenimenti tal-MCCF fil-kalendarju tal-mobile. Bl-app ukoll, se tkun tista’ tara l-għajnijiet tal-MCCF u tifhem aħjar il-viżjoni tagħha. Jekk trid ukoll, tista’ tissieħeb bħala volontarju fi ħdan l-MCCF permezz tal-app.

Ftehim bejn il-gvern u Microsoft b’valur ta’ €12,500,000

Microsoft se jkun qed joffri taħriġ bażiku b’rabta ma’ software lill-istudenti Maltin. Dan f’waħda minn diversi inizjattivi li huma parti minn ftehim iffirmat bejn Microsoft u l-MITA, l-aġenzija tal-gvern fil-qasam tat-teknoloġija tal-informatika. Il-ftehim huwa validu sal-2021 u ma jinkludix biss studenti, iżda se joffri wkoll ċansijiet għall-pubbliku inġenerali.

Aqra aktar

Send this to a friend