miss Malta | One News

Notifiki

Welldet tarbija f’latrina u issa għandha 30 xahar ħabs – tinsisti li ma riditx toqtlu

Żagħżugħa f’El Salvador ingħatat tletin xahar ħabs wara li nstabet ħatja ta’ omiċidju. Iż-żagħżugħa welldet tarbija bla ħajja f’latrina, wara li qatt ma marret għal eżamijiet mediċi. L-avukati tagħha saħqu li ma kinitx taf li tqila u li allura ma seħħ ebda delitt. Qalu li t-tqala kienet riżultat ta’ numru ta’ każijiet ta’ stupru li qatt ma rrapportat.

F’El Salvador, l-abort huwa illegali f’kull ċirkostanza. F’April tas-sena li għaddiet, Evelyn Beatriz Hernandez Cruz welldet fil-latrina tad-dar tagħha f’komunità rurali. Hija intilfet minn sensiha wara li tilfet ammont kbir ta’ demm. Ħdax-il jum wara, beda każ il-Qorti, u minn dakinhar, inżammet fil-kustodja tal-Pulizija.

Aqra aktar

Ara kif tista’ tkun int Miss Malta li jmiss

Jekk int tfajla ta’ bejn is-17 u s-26 sena, issa għandek iċ-ċans biex tieħu sehem fil-konkors tas-sbuħija Miss Malta 2017, anke jekk m’għandekx esperjenza.

Dan hekk kif għadhom kif jiftħu l-applikazzjonijiet għall-konkors ta’ din is-sena, fejn dan se jkun qed jiċċelebra l-54 sena minn meta twaqqaf għall-ewwel darba fl-1963 mill-mibkija George u Margaret Gatt Mangion.

Is-serata finali ta’ Miss Malta 2017 se tkun qed issir nhar is-Sibt 25 ta’ Novembru 2017.  Numru ta’ parteċipanti ser jintgħażlu, fejn kull parteċipanta ser tirrapreżenta lokalità f’Malta jew Għawdex.

Aqra aktar

Fi triqtha biex tirrappreżenta lil Malta fil-Filippini

L-avventura tal-parteċipanta Maltija f’Miss Universe bdiet b’mod uffiċjali illum, bid-destinazzjoni tkun għal Manila fil-Filippini. Hekk ħabbret Martha Fench, il-parteċipanta f’Miss Universe li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta f’din il-kompetizzjoni.

Fenech, f’messaġġ fuq is-sit soċjali Facebook, kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament lil dawk kollha li b’xi mod kienu ta’ għajnuna biex din l-avventura setgħet tkun possibbli.

Aqra aktar

Min taħseb li se tkun Miss Malta?

L-iktar konkors tas-sbuħija li jmur lura fis-snin huwa Miss Malta, imwaqqaf  53 sena ilu. Minn dak inhar hawn baqa’ jsir kull sena.

Din is-sena b’kollox intgħażlu 29 tfajla ta’ bejn is-17 u s-26 sena.  Dan sar waqt provi apposta li saru f’Ġunju li għadda fejn b’kollox applikaw 51 tfajla.

Aqra aktar

Send this to a friend