Miriam Dalli – One News

Notifiki

Fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-Unjoni Ewropea trid tkun vuċi soda bi programm ambizzjuż– Miriam Dalli

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli se tkun New York bħala parti mid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għas-Summit fuq l-Azzjoni dwar il-Klima

 

Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli talbet lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq pjan dwar il-klima li jkun ambizzjuż u b’miżuri finanzjarji biex issir it-tranżizzjoni meħtieġa.

 

“Irrid nisma’ vuċi Ewropea b’saħħitha li ma tibżax tippreżenta programm bi pjan ta’ azzjoni ambizzjuża. Jekk l-impenn tal-Unjoni Ewropea ikun dgħajjef huma l-komunitajiet, l-industriji, l-ekonomiji, iż-żgħażagħ u t-tfal tagħna li se jbatu,” qalet Miriam Dalli, Viċi-President tal-S&D, lill-Parlament Ewropew.

Aqra aktar

LIVE: Titnieda sejħa oħra għall-programm LEAD

Il-Partit Laburista ħabbar sejħa ġdida għall-programm LEAD. Programm maħsub biex iżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika, li issa se jkun qed jidħol fit-tielet sena tiegħu.

Waqt xandira fuq facebook page tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, immarka s-suċċess ta’ dan il-programm u ħeġġeġ iktar persuni jingħaqdu fi ħdanu.Aqra aktar

Tieħu d-deċiżjoni li meta possibbli żżur l-anzjani f’San Vinċenz

Wara l-kampanja elettorali Miriam Dalli ħadet deċiżjoni li meta jkun possibli tibda żżur lill-anzjani u r-residenti ta’ San Vincenz de Paule.  Dalli saħqet li huwa sabih li nagħtu flus bħala donazzjoni pero huwa ġest sabiħ ukoll li niddedikaw ftit mill-ħin tagħna sabiex inżuru persuni li forsi m’għad baqalhom lil ħadd f’ħajjithom.

Aqra aktar

Send this to a friend