ministru ian borg – One News

Notifiki

Il-Ministru Ian Borg jindirizza l-Plenarja tal-Assemblea tal-IMO

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qiegħed imexxi d-delegazzjoni Maltija f’Londra għall-Assemblea tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). Malta kontinwament tipparteċipa b’mod attiv bl-għan li ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tippromwovi b’mod proattiv politiki għas-salvagwardja tal-ambjent marittimu u l-industrija marittima b’mod sigur. Aqra aktar

Il-‘flyovers’ qed jinbnew biex iservu għal 100 sena

Ix-xogħol kollu tal-proġett tal-Junction tal-Marsa, huwa suġġett għal skrutinju kontinwu minn diversi periti, inġiniera, esperti mill-aġenzija Infrastruttura Malta, mill-kuntratturi tal-proġett, kif ukoll minn esperti oħra ta’ kumpanija internazzjonali, li kollha tqabbdu apposta sabiex jiċċertifikaw il-kwalità u s-sigurtà ta’ kull infrastruttura ġdida li qed tinħoloq. Aqra aktar

213-il inġinier ingħataw il-warrant mill-Ministru Borg mill-2017 sa issa

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg ippreżenta l-warrant lil 40 inġinier. Huwa beda billi feraħ lill-inġiniera li wara snin ta’ studju u ħidma waslu biex illum irċevew il-warrant. Huwa spjega li din il-ġurnata għandha importanza speċjali hekk kif huwa l-jum li fih l-inġinier jieħu fuqu responsabilità li jwettaq xogħlu b’mod etiku f’din il-professjoni importanti. Aqra aktar

Il-pont ta’ Vjal l-Avjazzjoni l-ewwel li se jiżżanżan

It-titjib li qed tagħmel Infrastruttura Malta fl-infrastruttura għal min juża mezzi alternattivi biex jivvjaġġa jinkludi l-bini ta’ pontijiet biex min iħobb jimxi jew isuq ir-rota jsibha aktar faċli biex jaqsam toroq arterjali u mingħajr periklu. Fil-fatt, l-aġenzija diġà għandha ppjanati disgħa minn dawn l-istrutturi u tnejn minnhom li qed jinbnew bħalissa mistennija jkunu f’posthom fi Vjal l-Avjazzjoni u l-Blata l-Bajda fi ftit xhur oħra. Aqra aktar

Send this to a friend