ministru evarist bartolo – One News

Notifiki

Il-gvern ifakkar il-Jum Ewropew kontra t-Traffikar tal-Bnedmin: l-edukazzjoni formali hija pilastru importanti fl-istrateġija li qed titħejja kontra dan ir-reat

Id-Drama Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni taL-Proċessi Amministrattivi, organizzaw sessjoni ta’ drama edukattiva dwar it-traffikar tal-bnedmin għall-istudenti tas-sekondarja. Is-sessjoni ġiet imtella’ bħala inizjattiva tal-kampanja ‘Uman, Bħalek’, il-kampanja edukattiva organizzata mill-gvern dwar it-traffikar tal-bnedmin. Aqra aktar

Żviluppi notevoli fit-tagħlim bl-użu tat-tablet

Kważi sentejn wara li l-proġett tat-tablets fl-iskejjel ma baqax biss proġett pilota iżda nfirex fl-iskejjel kollha, inkluż dawk tal-Knisja u indipendenti, id-direttur għal-litteriżmu diġitali Emmanuel Zammit saħaq li bdejna naraw xi riżultati li għalkemm huma żgħar qed juru żvilupp tat-tagħlim li jsir fil-klassi u lil hinn minnha.

Aqra aktar

Minn propjetà tal-Gvern għal binja tal-Università

Bħala parti mit-tisħiħ tal-edukazzjoni f’Malta il-Gvern ser jitrasferixxi l-bini tal-Universita’ l-Qadima li tinsab il-Belt Valletta, lill-Universita’ ta’ Malta.  B’dan ifisser li bħal Universitajiet barranin, l-Università ta’ Malta se jkollha l-proprjetà tagħha, li se jkun qed twassal biex din l-istituzzjoni awtonoma tkompli tissaħaħ u finalment jgawdi l-istudent. Id-dettalji.

 B’dan żvelah il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo li sostna l-impenn tal-Gvern li jkun ta’ sostenn biex din l-istituzzjoni awtonoma tkompli tisaħħaħ.

Il-Ministru Evarist Bartolo saħaq li ”Universitajiet barra minn Malta tagħtihom is-saħħa l-propjetà u l-fatt li ser ngħaddulha dan il-bini, se tghinha jkollha l-propjetà tagħha.”

Aqra aktar

Send this to a friend