ministeru – One News

Notifiki

Tisskota l-konsultazzjoni dwar l-uniformi kif inhi jew tracksuit tal-iskola

Il-ġenituri u edukaturi ta’ studenti tal-iskejjel tal-istat se jgħaddu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-uniformijiet ta’ wliedhom fit-tieni fażi ta’ konsultazzjoni li nfetħet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni. Il-ġenituri se jagħtu l-opinjoni tagħhom ukoll dwar jekk humiex favur uniformi kif inhi bħalissa jew tracksuit tal-iskola komda u sportiva.Aqra aktar

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jitlob laqgħa ta’ konċiljazzjoni mal-MUT

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni talab għal laqgħa ta’ konċiljazzjoni mal-MUT biex jiċċara l-partijiet fil-liġi proposta li qed toħloq ħafna mistoqsijiet minħabba interpretazzjoni skorretta. Hawnhekk il-parti fejn qed jingħad li l-att jiġi mħassar qed tiġi mifhuma ħażin li qed tirreferi għall- warrant. Din id-distinzjoni hija kruċjali. Fl-ebda ħin il-Ministeru ma rrefera għal tħassir tal-warrant.

Aqra aktar

Tittella’ t-tmien edizzjoni tal-Festival tat-Tin fix-Xagħra, Għawdex

Fl-indirizz tagħha, waqt l-inawgurazzjoni tat-tmien edizzjoni tal-Festival tat-Tin li jittella kull sena mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana faħħret din l-inizjattiva kulturali u gastronomika li jorganizza l-Kunsill li issa saret sinonima ma’ dan ir-raħal sabiħ tax-Xagħra.

Justyne Caruana qalet li l-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jkompli jsostni dawn it-tip ta’ attivitajiet għaliex jagħtu valur miżjud lil Għawdex u jtejjeb il-prodott turistiku Għawdxi. Dan hekk kif il-Gvern qed jimplimenta l-istrateġija dwar EkoGħawdex kif ukoll l-ispinta li qed tingħata lill-agrituriżmu fil-kuntest ta’ turiżmu sostenibbli.

Il-Ministru Caruana qalet ukoll li fil-kuntest speċifiku tal-Festival tat-Tin, wara li qamet il-kuxjenza dwar l-isfidi li qed tiffaċja din il-frotta, qed isir xogħol siewi fir-Razzett Sperimentali tax-Xewkija fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex biex din is-siġra endemika tat-tin tkompli titkattar fil-gżira Għawdxija. Is-siġra tat-tin hi sinonima mal-ambjent Mediterranju u hu għalhekk li rridu nkomplu nipproteġu u nkattru din is-siġra,” qalet il-Ministru Caruana.

Aqra aktar

Fabrikazzjoni oħra mit-Times of Malta

“L-istorja fuq il-faċċata tat-Times of Malta ġiet iffabbrikata. Il-ġurnalist, Ivan Camilleri, li kiteb dan l-artiklu qatt ma staqsa speċifikament lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali dwar l-inkjesta Egrant u għal raġunijiet li jaf hu biss, iddeċieda li jivvinta storja bi tweġibiet ġeneriċi li għamel il-Ministeru li ġew manipulati.”

Aqra aktar

“Osservazzjonijiet qarrieqa” f’artiklu tat-Times of Malta

B’referenza għall-artiklu fil-faċċata tat-Times of Malta li tikkwota korrispondenza bejn il-Ministru, iċ-Chairman tal-FTS, u s-CEO ta’ dak iż-żmien, is-Sur Philip Rizzo. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni spjega li din il-korrispondenza ilha sitt xhur u li l-ħidma tal-FTS reġgħet qabdet ir-ritmu biex il-proġetti msemmija fil-budget ta’ din is-sena, kif ukoll proġetti oħra, jitkomplew u jitlestew skont il-ħtiġijiet u l-bżonnijiet tal-Ministeru.

Aqra aktar

“Il-Kap tal-Oppożizzjoni iżolat fl-isteriżmu dwar il-proposta legiżlattiva dwar il-Media”

Stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali tgħid kif l-Gvern innota li, filwaqt li jeżisti kunsens ġenerali f’dan il-pajjiż li l-proposta legiżlattiva għal liġi ġdida dwar il-Media hija pass fid-direzzjoni t-tajba u toffri bażi pożittiva għal iktar diskussjonijiet, il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa iżolat fl-estremiżmu u fil-politika tal-‘le’ fuq kollox u kulħadd, sostna dan il-Ministeru.

Il-Ministeru qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni, bħas-soltu, għażel li fuq dan is-suġġett ipaċpaċ għall-gallarija u jpinġi stampa mhux veritiera ta’ kollox iswed. Jekk nieħdu, per eżempju, il-proposta li r-reġistrazzjoni eżistenti ta’ isem l-edituri tal-mezzi tal-komunikazzjoni tiġi estiża għas-servizzi tal-aħbarijiet online (portals), ħadd ma jemmnu meta jgħid li din hi xi forma ta’ ċensura għaliex l-edituri tal-mezzi tal-komunikazzjoni tal-Partit tiegħu stess ilhom reġistrati s-snin mingħajr ma ħadd qatt indaħlilhom x’jgħidu u x’jiktbu.

Aqra aktar

“L-Oppożizzjoni spiċċat tikkritika lilha nnifsha”

Stqarrija maħruġa mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili tgħid li l-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar emendi meħtieġa fil-Liġi tal-Kompetizzjoni toħroġ il-medjokrità li waqa’ fiha min qed jikkritika nuqqasijiet li daħħal hu stess b’emendi fl-2011.

Aqra aktar

Il-Ministeru tal-Ġustizzja igiddeb lit-Times u jispjega realtà li l-ġurnal injora

B’referenza għall-istorja ppublikata minn The Times illum, intitolata ‘Mediation meeting with Electoral Commission and Identity Malta fails’, il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali għamilha ċara li l-kontenut tal-artiklu huwa biss invenzjoni tal-ġurnal u, fil-fatt, m’hu minnu xejn li fallew id-diskussjonijiet kordjali bejn Identity Malta u l-Kummissjoni Elettorali dwar punt legali.

Fi stqarrija l-Ministeru qal li l-ġurnal għażel li jinjora li bħalissa għaddejjin fi stadju avvanzat it-taħditiet immexxija mill-Ministru Bonnici dwar jekk ċittadin Malti ġdid għandux jiddaħħal ismu fir-reġistru elettorali meta jkun iddikjara hu stess minn jeddu li m’għandux ikollu d-dritt tal-vot.

“Mhux talli ma falliet ebda medjazzjoni, talli ż-żewġ naħat qed jifhmu iktar lil xulxin u d-diskussjonijiet mexjin fid-direzzjoni t-tajba”.

Kif diġà ntqal mill-Gvern diversi drabi, l-ismijiet kollha ta’ min jingħata ċittadinanza Maltija, inkluż bil-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, jiġu ppubblikati kull sena fil-Gazzetta talGvern; għalhekk m’hemm ebda kwistjoni ta’ ħabi kif hemm bl-iskema ta’ dejn sigriet li qed tħaddem l-Oppożizzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend