mina – Page 2 – One News

Notifiki

Karozza taqbad taħt il-mina ta’ Ħal Kirkop

Karozza ħadet in-nar taħt il-mina ta’ Ħal Kirkop.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 13:30. Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident u n-nar ġie ikkontrollat.

It-triq hija miftuħa u l-karozzi għaddew minn lane waħda għal xi ħin.

Ritratt: MRTU

BIL-FILMAT: Jitlesta studju siżmiku dwar il-mina bejn Malta u Għawdex

L-Universita’ ta’ Malta lestiet l-ewwel minn serje t’investigazzjonijiet siżmiċi bejn Malta u Għawdex ilbieraħ filgħaxija.

L-investigazzjoni hija parti minn studji biex jiġi ddeterminat jekk il-mina bejn il-gżejjer tistax issir. L-investigazzjonijiet għandhom l-għan li jiġi stabbilit il-mudell ġeoloġiku taż-żona li fuqu ser ikun ibbażat id-disinn tal-mina.
Aqra aktar

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija pożittiva dwar il-mina bejn Malta u Għawdex

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija  laqgħet l-aħbar li Transport Malta flimkien mal-Universita ta’ Malta se jkunu qed jiġbru informazzjoni fuq l-istat ġeoloġiku ta’ taħt qiegħ il-baħar bejn Malta u Għawdex. L-Universitá se tkun qed tagħmel investigazzjonijiet ġeotekniċi f’diversi żoni fuq l-art u fil-fliegu, bi tħaffir mistenni sa madwar 200 metru taħt qiegħ il-baħar. Dan wara sejħet li nħarġet minn Transport Malta biex tinġabar din l-informazzjoni.
Aqra aktar

Il-mina bejn iż-żewġ gżejjer: botta u risposta

B’risposta għall-istqarrija tal-Front Ħarsien ODŻ iktar kmieni llum, Transport Malta ikkjarifikat dan t-tender pubbliku huwa pass importanti ieħor biex ikollna l-informazzjoni neċessarja biex isir id-disinn konċettwali tal-mina bejn Malta u Għawdex.  Huwa pass li jrid jittieħed biex il-proġett jista’ jkompli.
Il-Front qal li l-offerta għall-istudju ġeoloġiku li inħareġ minn Transport Malta tqajjem mistoqsijiet importanti. Qal li jittama li l-istudju huwa verament intiż għall-evalwazzjoni xjentifika ta’ rotta sikura.

Aqra aktar

Ħidma intensiva wara nirien fil-mina tal-Kappara

Għaddejja b’ritmu tajjeb il-ħidma biex jiġu rranġati l-cables li nħakmu min-nirien li seħħew nhar l-Erbgħa filgħodu fil-mina ta’ distribuzzjoni tal-elettriku fil-Kappara. ONE News żar dan is-sit biex isegwi aktar fid-dettall il-kawża ta’ dawn in-nirien u x’qed isir biex fil-ġejjieni inċidenti ta’ dan it-tip ikunu evitati.

Aqra aktar

Send this to a friend