mina – One News

Notifiki

Azzopardi jikkonferma li l-PN mar lura mill-appoġġ għall-mina

Filwaqt li l-gvern huwa deċiz li jwettaq il-proġett tal-mina, Deputati nazzjonalisti komplu jikkonfermaw li l-Partit Nazzjonalista mar lura mill-appoġġ lejn il-mina.

B’Jason Azzopardi jaqbel ma’ Adrian Delia li minkejja li ivvutaw favru il-mina fil-parlament, issa darilhom u qed jgħidu li se jistennew ir-rapporti sabiex jieħdu d-deċiżjoni finali. Dan meta studji li kienu saru taħt amministrazzjoni Nazzjonalista kienu kkonkludew li l-proġett tal-mina huwa fattibbli.

Aqra aktar

Jitlesta l-mudell ġeoloġiku tal-mina bejn Malta u Għawdex

Il-Gvern qed iżomm l-impenn tiegħu biex jibni konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex.

Il-mudell ġeoloġiku ta’ taħt il-baħar fiż-żona ta’ interess tlesta, u matul ix-xahar li għadda kien sar seminar bil-għan li jkunu spjegati s-sejbiet minn dawn l-investigazzjonijiet.

Dawn l-istudji se jiffurmaw il-bażi għad-disinn tal-mina.

AĠĠORNAT: Tfajla Rumena titlef ħajjitha wara li ttajret minn taxi

14:55: Il-Pulizija kkonfermat li l-vittma li dalgħodu tilfet ħajjitha f’inċident f’San Ġiljan hi tfajla Rumena ta’ 19-il sena residenti l-Italja.

Aktar Qabel: Il-jum sebaħ fuq nota traġika hekk kif mara tilfet ħajjitha wara li kmieni filgħodu ntlaqtet minn taxi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs taħt il-mini ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli direzzjoni lejn San Ġiljan.

Aqra aktar

Maġġoranza assoluta Għawdxija FAVUR il-mina – ippubblikat studju

“Malli professjonist Għawdxi jsib xogħol Malta, għax hawn ma tantx hawn fejn taqla’ l-flus, jibda jinduna kemm jaħli ħin tiela’ u nieżel, jixtri post Malta u ma tarahx iżjed. Triq bejn Malta u Għawdex iżżommu hawnhekk.” Resident Għawdxi

“Jien imħasseb ħafna dwar it-terrapin u l-ħmieġ li se jinqalgħu biex tinbena l-mina, x’se jsir minnu dan il-blat, se nħammġu kullimkien?” Resident Għawdxi

Wieħed jrid jaħseb dwar l-impatt ta’ iżjed nies fuq Għawdex. Parking, pollution, pereżempju. U xi ngħidu għall-elettriku? Għandna vultaġġ biżżejjed għal iżjed djar, hotels u ħwienet? Ma nafx kif Għawdex se jibqa’ kwiet u trankwill b’din il-mina, nispera li jkun hemm ħlas mill-Maltin u ħlas ogħla mill-barranin” Resident Għawdxi

Aqra aktar

STRAMBA: sewwieq ta’ mutur jintlaqat minn saqqu f’mina

Mill-Awstralja, dan is-sewwieq qed jispiċċa jdur id-dinja. B’xorti tajba, però, irnexxilu jdur il-kantuniera ta’ din il-mina, wara li saqqu donnu tar minn fuq vann li kien għaddejj f’karreġjata biswit tiegħu.

Is-sewwieq tal-mutur jirnexxilu jegħleb is-saqqu b’mod impressjonanti, u evita li jweġġa’.

Il-każ ġibed l-attenzjoni tal-aġenziji internazzjonali bħal BBC u SKY News, fost oħrajn.

Aqra aktar

Send this to a friend