milied – Page 9 – One News

Notifiki

It-turisti jgawdu t-temp sabiħ fi żmien il-Milied

Minkejja li ninsabu fix-xahar ta’ Diċembru, xahar li normalment nassoċċjawh mal-kesħa u l-maltemp, pajjiżna qed igawdi minn temp sabiħ. Fost dawk li kien hemm igawdu x-xemx u temperatura li tinżel għasel fi żmien li ħafna jkunu b’xi btala hemm proprju t-turisti. Tkellimna ma’ wħud minnhom li spjegaw kif qed jinżlulhom għasel dawn il-ġranet xemxin u l-atmosfera tal-Milied f’pajjiżna.

Aqra aktar

“L-ewwel ħsieb kien li nerġa’ nqum u nkompli” – nitkellmu mal-attur li waqa’ minn fuq il-palk

F’ dawn iż-żminijiet ħarġa popolari fost il-familji u l-ħbieb hija dik li tmur tara pantomima. Morna wara l-kwinti ta’ prova teknika qabel l-ispettaklu tal-għada tal-Milied tal-pantomima ta’ Masquerade, Puss in Boots.

Tkellimna fost oħrajn mal-attur Joe Depasquale, li rrakkonta x’għadda minn moħħu fil-mument sfortunat li waqa’ minn fuq il-palk tat-teatru Manoel.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-mument li Friedrich jirċievi l-aħbar li se jiġi adottat

Għal dan il-Milied irċivejna rigali differenti, forsi xi rigal li tant ilek tistenna jew xi żjara minn familjari jew ħabib bħala sorpriża. Xi kultant l-isbaħ rigal ma jkunx materjali iżda jkun wieħed emozzjonali u li jibdillek ħajtek mil-lejl għan-nhar. Iċ-ċkejken Friedrich, dan il-Milied irċieva l-isbaħ rigal li qatt seta’ jirċievi hekk kif din il-koppja adottatu. Tispikka l-emozzjoni u l-biki ta’ ferħ meta dan it-tifel irrealizza li l-ebda Santa Klaws ma’ seta’ jtih dan ir-rigal.

Aqra aktar

Lura ma’ familtu wara sitt xhur nieqes!

Peanut, qattus gustuż ġinġer, irritorna lura ma’ familtu f’Jum il-Milied wara li kien ilu nieqes għal sitt xhur. Hekk irrakkonta sidu fuq il-paġna Rubs Puppy Love fuq is-sit soċjali Facebook ilbieraħ filgħodu.

Sid Peanut kien ilu xhur jitlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jgħaddu kull tip ta’ informazzjoni dwar jekk rawx lill-qattus tiegħu jiġri barra dan hekk kif fil-15 ta’ Ġunju Peanut sfa nieqes.

Aqra aktar

F’dan it-temp, x’hemm isbaħ minn Għawdex?

B’dan it-temp tal-kartolini, wieħed seta’ jobsor li ħafna se jitħajru joħorġu ‘l barra llum.

Ritratti li qarrejja bagħtulna ftit tal-ħin ilu juru s-sitwazzjoni fiċ-Ċirkewwa bħalissa. Jidher li ħafna għażlu li jmorru l-gżira Għawdxija, fejn hemm ħafna x’tara u x’tagħmel fi żmien il-Milied.

Għal sena oħra, il-Kumitat Milied f’Għawdex, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħejja programm mifrux fuq Għawdex kollu li beda bejn it-tlieta ta’ Diċembru, u se jkompli sejjer sat-tmienja ta’ Jannar 2017.

Aqra aktar

Flok kielu mal-familja fil-Milied…

Jum biss qabel l-Istrina, il-President ta’ Malta marret il-Kurja ta l-Arċisqof tiltaqa’ ma’ ‘l fuq minn 300 persuna li kienu se jkunu waħedhom.

L-ikla kienet organzzata mill-Caritas u l-istaff. Il-volontiera tal-Caritas għażlu li minflok f’Jum il-Milied jieklu mal-familji tagħhom, imorru jsajru u jservu lin-nies waħedhom. Il-President daret u tkellmet ma kull persuna preżenti. Dawn bdew jiftħu qalbhom mal-President ta’ Malta li kienet akkumpanjata mir-raġel tagħha Edgar.

Aqra aktar

Fil-ħdax ta’ filgħodu f’Paceville

Dan ir-ritratt ittieħed fil-ħdax ta’ filgħodu f’jum il-Milied.

Jista’ jkun li l-appelli biex wieħed ma jixrobx żejjed waqgħu fuq widnejn torox – dak l-ewwel ħsieb li jiġik. Għalkemm nagħmluha ċara li ma nafux eżatt xi ġralu dan il-ġuvni. Nafu biss li jidher kompletament mitluf minn sensieh.

Hija sitwazzjoni li wieħed kien jittama ma jkollux għalfejn jara f’jum il-Milied.

Aqra aktar

Menu ikbar għal min kiel f’lukanda

Poplu li jħobb żaqqu żgur ikun ħerqan biex mat-tokki ta’ nofsinhar f’Jum il-Milied jingħaqad ma’ familtu madwar il-mejda għall-ikla tradizzjonali. Iżda jkun hemm ukoll familji li ppjanaw biex din l-ikla sservihom bħala ħarġa. Dan ifisser li l-ħaddiema fil-kċejjen ta’ diversi lukandi, bħal dik li żorna propju dalgħodu, ix-xogħol se jiżdied, is-sigħat se jitwalu u fuq kollox, il-menu se jikber ukoll.

Aqra aktar

Send this to a friend