milied – Page 8 – One News

Notifiki

Żewġ nisa li bħalhom ma ssibx

L-Ingliżi jgħidulek “there’s nothing like a Panto Dame,” u ejja nagħtuhom raġun. Rari jkollok l-okkażjoni tara raġel liebes kostum eċċentriku kkulurit u jleqq u xi parrokka li twassal sal-Awstralja tant kemm tkun tixgħel.

F’Malta il-pantomimi tal-Milied saru jattiraw l-eluf li ż-żmien ta’ briju u hena jarawh rifless fuq il-palk – medium li sa ftit snin ilu kien meqjus bħala wieħed serju wisq. Naturalment, pantomima minħajr il-famuża Dame, ma tkunx pantomima, u żgur ma tbigħx daqshekk biljetti.

Interessanti nagħtu ħarsa lejn l-istorja tad-Dame. Minn fejn bdiet l-assoċjazzjoni tagħha mal-Milied, minn fejn nibdet il-kunċett ta’ attur maskili jinterpreta rwol ta’ mara daqshekk kunfidenti u robusta fuq il-palk.

Aqra aktar

Santa Klaws, il-baħħara u n-negozjanti

Jingħad li fis-sena 270 wara Kristu twieled f’Parara t-Turkija raġel magħruf bħala Nikola. Huwa aktar tard sar l-Isqof Kattoliku ta’ Myra. Huwa miet fis-6 ta’ Diċembru tas-sena 345.

Dan l-Isqof huwa iktar magħruf għall-parti tiegħu fl-ewwel Kunsill ta’ Nicaea fis-sena 325 li ironikament kien iddikjara li l-Lhud huma “t-tfal tax-xitan” ovvjament xi ħaġa totalment żbaljata, peress li Kristu kien Lhudi. Fil-1087, grupp ta’ baħħara ħadu l-għadam ta’ dan l-Isqof mit-Turkija lejn santwarju f’Bari, l-Italja u fl-1800 ġie ddikjarat mill-Knisja Kattolika bħala qaddis, u għalhekk baqa’ magħruf bħal San Nikola ta’ Bari.

Aqra aktar

FILMAT: Milied jaħseb f’niesu fis-Sirja

Il-belt ta’ Aleppo fis-Sirja se titniżżel fil-lista ta’ bliet li kitbu l-istorja. Storja ta’ waħda minn fost l-ibliet li l-istorja rathom jinqerdu bħalma kien ġara minn Guernica fil-gwerra ċivili fi Spanja.

Fil-każ ta’ Aleppo nqered wirt storiku Musulman li jmur lura sa elf sena.

Mal-wirt storiku nqerdu l-memorji ta’ individiwi u nfirdu għadd ta’ familji. Il-gwerra fis-Sirja ilha għaddejja ħames snin li matulhom aktar minn erba’ miljun u ħames mitt elf Sirjan fittex refuġju f’pajjiżi ġirien.

Huwa fi sfond ta’ diqa, ta’ tifrik li n-nies li għad fadal f’Aleppo u fis-Sirja se jqattgħu l-Milied.

Aqra aktar

Il-presepju ma kienx parti mill-festi nsara minn dejjem…

Iżda l-iktar tradizzjoni Nisranija tal-Milied hija bla dubju ta’ xejn il-presepju. Imma mhux dejjem kien jeżisti fit-tradizzjoni Nisranija.

Kien San Franġisk t’Assisi li beda din it-tradizzjoni sabiħa. F’Diċembru tas-sena 1223 kien fuq l-għolja ta’ Greccio li hu kien tant iħobb. Hemm, billi kien wasal il-Milied, beda jaħseb f’Betlehem u ż-żjara tiegħu f’dik il-belt qaddisa u għażiża.

U ġietu idea li jagħmel xi ħaġa ġdida fl-istorja. Sejjaħ lin-nobbli Giovanni Vellita, ħabib kbir tal-qaddis, u talbu biex iħejjilu maxtura, baqra u ħmara għal-lejl tal-Milied. Il-lejl tal-Milied wasal u n-nies kollha tal-inħawi marru bix-xemgħat f’idejhom għall-funzjoni. L-artal kienet il-maxtura u Franġisku għamilha ta’ Djaknu, ghax qatt ma ried ikun ordnat saċerdot. Franġisku kien ferħan f’dak il-lejl qaddis. Hu stess qara l-Vanġelu tal-quddiesa.

Aqra aktar

Nies iqattgħu l-Milied quddiem il-Qorti

Hekk kif illum f’12.00 tressqu l-Qorti Moussa Saha u Ahmed Ali li huma ż-żewġ Libjani akkużati li wettqu l-hijack tal-ajruplan tal-linja tal-ajru Afriqiyah, numru  kbir ta’ nies inġabru quddiem il-Qorti.

Aqra aktar

Imma Ġesu meta twieled?

Ħafna minna qatt ma kellna xi dubju dwar il-ġurnata li fiha twieled Ġesù Bambin, għax hekk konna mgħallma skont it-tradizzjonijiet Insara tagħna. Imbagħad meta kbirna sirna nafu li din hija biss it-tifkira tat-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Rigward d-data eżatta ta’ meta seħħ dan it-twelid l-istudjużi tal-ġrajja tal-Milied għadhom mhumiex ċerti.

 Skont drawwa popolari aħna ngħidu li t-twelid ta’ Ġesù sar fil-25 ta’ Diċembru. It-Testment il-Ġdid ma jagħti l-ebda data jew sena għat-twelid ta’ Ġesù. L-ewwel Evanġelju li nkiteb madwar is-sena 65 WK, dak ta’ San Mark, jibda bil-magħmudija ta’ Ġesù bħala adult. Dan jindika li l-ewwel Insara jew ma kellhomx tagħrif dwar it-twelid ta’ Ġesù, jew inkella ma kellhomx interess dwar id-data tat-twelid tiegħu.

Id-data tat-twelid ta’ Kristu ġiet stabbilita minn Dionysius Exiguus li kien patri f’monasteru f’Ruma. Fl-era Rumana, is-snin kienu jiġu kkalkulati anno urbis conditae (A.U.C.) jiġifieri mit-twaqqif tal-Belt ta’ Ruma. Din baqgħet is-sistema numerika li kienet tintuża mill-kittieba tal-istorja Rumana biex ikejlu n-numru ta’ snin. Hekk A.U.C. kienet tfisser is-sena li fiha l-belt ta’ Ruma ġiet imwaqqfa. Dijonisju jgħidilna li l-ewwel Imperatur Ruman  Awgustu rrenja għal 40 sena (27 qabel Kristu – 14 wara Kristu) u li warajh irrenja Tiberju (14 wara Kristu – 37 wara Kristu).

Aqra aktar

L-eżempju lill-ulied ċentrali fil-messaġġ tal-President

  • Tisħaq fuq ir-rispett, il-paċi u l-inklużjoni tat-tfal minn realtajiet differenti

L-eżempju li l-ġenerazzjonijiet adulti għandhom jagħtu lill-ulied kien ċentrali fil-messaġġ tal-President tar-Repubblika għal dawn iż-żminijiet ta’ festi.

Eżempju li għandu jkun mibni fuq il-ħtieġa għall-paċi u r-rispett li dan iż-żmien nisimgħu tant dwarhom.

“Huwa żmien ta’ opporunità li nsaħħu l-paċi. Paċi dejjiema tfisser li mhux biss nassiguraw li ma jkunx hemm vjolenza u ħsara lill-proxxmu tagħna. Iżda, li b’mod pożittiv u proattiv noħolqu  opportunitajiet biex nitkellmu bejnietna, naħdmu biex nibnu relazzjonijiet b’saħħithom, insaħħu l-parteċipazzjoni demokratika u niżviluppaw kultura ta’ rispett lejn xulxin,” qalet il-President tar-Repubblika.

Aqra aktar

Send this to a friend