milied | One News - Part 6

Notifiki

Tonfoq $250 mill-kont bankarju t’ommha

Tifla ta’ sitt snin minn Maumelle, Arkansas iddejqet tistenna lil Father Christmas biex iwasslilha r-rigali għal dan il-Milied u għalekk ħadet ir-riedna f’idejha billi għamlet xirja ta’ $250 f’rigali għaliha.

Ashlynd Howell stenniet lil ommha torqod, ħaditilha l-mowbajl u ħalset għax-xirja billi qabdet id ommha u użat l-marka tas-swaba biex jiġi approvat il-ħlas.

Aqra aktar

Il-Hanukkah t-tajjeb!

Din is-sena, Diċembru ma fissirx biss il-Milied Nisrani jew pagan li nafu aħna iżda ukoll il-Hannukah, festa Lhudija li tiċċelebra l-inklużjoni u l-għaqda bejn il-kulturi.

Tista’ tgħid li dan huwa il-Milied antik tal-Lhud.

Aqra aktar

Fi triqtu għall-kura f’għeluq sninu

F’dawn iż-żminijiet, ta’ kull sena nisimgħu diversi stejjer li bla ma trid imissulek qalbek. Stejjer b’sitwazzjonijiet diffiċli li ħafna drabi jinċentivaw lil ħaddiehħor jagħmel xi ħaġa dwarhom biex joffri l-għajnuna.

Din hi l-istorja ta’ Ziam, tifel mill-Kalkara li fl-ewwel snin ta’ ħajjtu għaddej mill-kura għal kundizzjoni rari.

Aqra aktar

Jagħtu rigal tal-Milied lill-iskwirils

Wara li l-familja Chesyane għaddew minn esperjenza diffiċli fix-xahar ta’ Diċembru, Paul Chesnaye ddeċieda li jipprova jferraħ lit-tifla tiegħu Lucy billi joħloq riġali żgħar għall-iskwirils li jiġu jżuru l-ġardina tagħhom.

Il-familja li tgħix Londra ta’ sikwiet izuruha l-iskwirils u mhux l-ewwel darba li jagħtuhom x’jieklu. “Kellhom karawett, ġewż, lewż, imsomma ftit minn kollox. Kellhom għażla vasta allura kien rigal speċjali tal-Milied,” qal il-missier Paul Chesnaye.

Aqra aktar

ATT ATROĊI f’Berlin – sitt immigranti arrestati

Seba’ immigranti żagħżagħ ġew akkużati bl-attentat ta’ qtil ta’ persuna bla dar fil-Ġermanja. Is-sitt suspettati għandhom bejn ħmistax u tmintax-il sena u aktarx ipprovaw jagħtu n-nar lil dan ir-raġel fi stazzjon taħt l-art.

Hemm suspettat ieħor, li għandu 21 sena u li l-Pulizija temmen li huwa l-moħħ ewlieni wara l-attakk. Dan ġie arrestat qrib darbu. Sitta minn dawk miżumuma huma Sirjani u wieħed huwa Libjan. Kollha marru Berlin ifittxu l-ażil fl-2014 u l-2016.

Ir-raġel attakkat għandu 37 sena u kien rieqed fuq bank taħt munzell karti f’Schoenleinstrasse fin-nofsinhar ta’ Berlin, meta ngħata n-nar għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu dakinhar tal-Milied.

Kellu jkun sewwieq tal-ferrovija li uża fire extinguisher biex jitfi n-nirien, filwaqt li persuni li kienu l-istazzjoni provaw ikunu t’għajnuna wkoll.

 

REKORD mill-ħaddiema ta’ San Vinċenz – mhux biss jaħdmu imma jiddedikaw irwieħhom

Il-ħaddiema fis-Sala San Ġwanni Pawlu II f’San Vinċenz ingħataw għoti taċ-ċertifikat mill-Malta Records talli ħadmu l-ikbar girlanda tal-Milied. Din inħadmet mill-istaff kif ukoll mir-residenti tas-Sala u ntuża materjal riċiklat.

Attendiet is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, li faħħret u rringrazzjat lit-tim tas-sala mmexxi mis-Sur Carmel D’amato għaliex permezz ta’ inizjattivi bħal dawn joħroġ ċar li l-ħaddiema mhux biss iwettqu dmirijiethom, imma wkoll jużaw it-talenti tagħhom biex iferrħu lir-residenti u jagħtu s-serħan tal-moħħ lill-familji tagħhom.

Aqra aktar

It-turisti jgawdu t-temp sabiħ fi żmien il-Milied

Minkejja li ninsabu fix-xahar ta’ Diċembru, xahar li normalment nassoċċjawh mal-kesħa u l-maltemp, pajjiżna qed igawdi minn temp sabiħ. Fost dawk li kien hemm igawdu x-xemx u temperatura li tinżel għasel fi żmien li ħafna jkunu b’xi btala hemm proprju t-turisti. Tkellimna ma’ wħud minnhom li spjegaw kif qed jinżlulhom għasel dawn il-ġranet xemxin u l-atmosfera tal-Milied f’pajjiżna.

Aqra aktar

“L-ewwel ħsieb kien li nerġa’ nqum u nkompli” – nitkellmu mal-attur li waqa’ minn fuq il-palk

F’ dawn iż-żminijiet ħarġa popolari fost il-familji u l-ħbieb hija dik li tmur tara pantomima. Morna wara l-kwinti ta’ prova teknika qabel l-ispettaklu tal-għada tal-Milied tal-pantomima ta’ Masquerade, Puss in Boots.

Tkellimna fost oħrajn mal-attur Joe Depasquale, li rrakkonta x’għadda minn moħħu fil-mument sfortunat li waqa’ minn fuq il-palk tat-teatru Manoel.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-mument li Friedrich jirċievi l-aħbar li se jiġi adottat

Għal dan il-Milied irċivejna rigali differenti, forsi xi rigal li tant ilek tistenna jew xi żjara minn familjari jew ħabib bħala sorpriża. Xi kultant l-isbaħ rigal ma jkunx materjali iżda jkun wieħed emozzjonali u li jibdillek ħajtek mil-lejl għan-nhar. Iċ-ċkejken Friedrich, dan il-Milied irċieva l-isbaħ rigal li qatt seta’ jirċievi hekk kif din il-koppja adottatu. Tispikka l-emozzjoni u l-biki ta’ ferħ meta dan it-tifel irrealizza li l-ebda Santa Klaws ma’ seta’ jtih dan ir-rigal.

Aqra aktar

Send this to a friend