milied | One News - Part 3

Notifiki

ARA: Abbandunata minn ħutha f’San Vinċenz minħabba kwistjoni fuq il-wirt

“Inħoss id-dwejjaq kbar meta niftakar li fiż-żmien il-festi tal-Milied għandi familja u għax kellna xi ngħidu fuq il-wirt abbandunawni.”  Hekk saħqet ma’ ONE News Polly Fenech.  Anzjana ta’ 80 sena residenti f’San Vinċenz de Paule li għandha għal qalbha ħafna l-Milied.

Madankollu, hija fost l-għaxra fil-mija tar-residenti li tul is-sena kollha ma jmur iżurha ħadd.Aqra aktar

Jake joħroġ mill-ITU u se jqatta’ l-Milied ma’ familtu f’daru

Iċ-ċkejken Jake Vella ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei wara 25 jum.  Dan ifisser li se jqatta’ l-jiem tal-Milied ma’ familtu d-dar.

Jake għandu biss tmien snin u jbati minn kundizzjoni rari bl-isem Rohhad, li jfisser li jżied il-piż b’mod mgħaġġel ħafna minkejja li jsegwi ħajja attiva. Huwa ddaħħal l-ITU fl-aħħar ta’ Novembru li għadda minħabba xi kumplikazzjonijiet fis-saħħa tiegħu.

L-Għanijiet tal-Milied fi studju

Ħafna huma dawk li fi żmien il-Milied ikantaw u jisimgħu diversi għanjiet tal-Milied. Francesca Attard, ta’ 21 sena, li hija għalliema tal-Malti, għamlet riċerka dawr dawn l-għanijiet tal-Milied.

Aqra aktar

Presepji, grotti u bambini – Il-Milied ta’ tfulitna

L-eqdem presepju f’Malta kien inħadem fil-kunvent tal-patrijiet Dumnikani fir-Rabat fl-1617. Fil-monasteru tas-sorijiet Benedittini fl-Imdina għadna nistgħu naraw presepju li sar fl-1826. F’dan l-istess żmien inħadem ukoll l-ewwel presepju mekkanizzat f’Malta u kien sar minn Antonio Muscat Fenech f’Ħal Qormi. Dan kien jitħaddem bit-taqtir tal-ilma.

Aqra aktar

Esperjenza Milied tradizzjonali Malti f’Ħal Kirkop fi tmiem il-ġimgħa li ġej

Wasal Diċembru, ix-xahar tal-Milied, u x-xahar li jkun mimli b’attivitajiet differenti. F’Ħal Kirkop dan żgur mhux se jonqos, permezz tal-attività inovvativa ta’ Trejqet il-Milied fi Triq il-Paroċċa f’Ħal Kirkop. Attività li se tkun ibbażata fuq jumejn, bejn is-Sibt 8 ta’ Diċembru mis-18:00 ‘l quddiem, u il-Ħadd 9 ta’ Diċembru mit-08:00 ‘l quddiem.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Le Grazzi, se nsuq”

“No thanks, I’m driving”. “Le grazzi, se nsuq.” Messaġġ skjett iżda ċar ta’ kampanja kontra x-xorb u s-sewqan.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-bidu ta’ xahar li matulu jiżdiedu l-okkażjonijiet tax-xorb minħabba l-festi, ġiet ikkwotata statistika li turi kif is-sena li għaddiet, f’pajjiżna mietu sbatax-il persuna f’ inċidenti tat-traffiku.Aqra aktar

Send this to a friend