milied – Page 13 – One News

Notifiki

Tradizzjoni tal-Milied li TWERWER lit-tfal u li nittamaw ma tispirax ġenituri Maltin!

Jekk tkun bilgħaqal, jiġi San Niklaw u jtik rigal. S’hemm it-tfal Maltin huma konxji.

It-tfal tar-Repubblika Ċeka għandhom biċċa inkwiet oħra, għax mhux biss iridu jkunu bilgħaqal, imma jridu juru dan l-għaqal lix-xitan!

Tradizzjoni ħelwa u b’intenzjoni tajba li iżda twerwer lit-tfal hija spejgata f’dan il-filmat.

Aqra aktar

L-ewwel kissret boċċa u wara ħebbet għall-Pulizija

Bulgara ta’ 36 sena kissret boċċa tal-ħġieġ minn fuq is-siġra tal-Milied li tqiegħdet quddiem il-Parlament, il-Belt Valletta. Ivelina Petkova tressqet fil-Qorti l-Ġimgħa filgħodu akkużata li volontarjament għamlet ħsara fuq din is-siġra, li ħebbet għal żewġ uffiċjali tal-Pulizija, li kienet fis-sakra f’post miftuħ għall-pubbliku, li għamlet ġesti oxxeni, li kisret il-paċi pubblika u li rrifjutat li tagħti l-partikolaritajiet tagħha lill-Pulizija.

Akkużi li għalihom ammetiet Petkova li ġiet immultata tmien mitt ewro li jridu jitħallsu fi tmien t’ijiem u tpoġġiet taħt ordni ta’ Probation għal żmien sentejn. Il-Qorti ordnat ukoll tħallas tlett mija u ħamsin ewro għall-ispejjeż tal-boċċa tal-ħġieġ li hija kissret.

Fil-Qorti, Petkova talbet skuża għal dak li għamlet u qalet li kienet lesta tħallas għad-danni li kkawżat

Ara l-presepju Malti fil-Vatikan 360°!

Għall-ewwel darba, presepju Malti se jkun dak ewlieni fil-Vatikan.

Kull sena fil-Vatikan ikun hemm presepju magħmul minn xi reġjun Taljan differenti, iżda din is-sena presepju magħmul propju f’pajjiżna se jkun eżebit fi Pjazza San Pietru minn għada sat-8 ta’Jannar.

Kif jgħaddi dan iż-żmien imbgħad se jkun esebit f’pajjiżna f’postijiet pubbliċi fi żmien il-Milied.

Dan il-presepju huwa wieħed partikolari għax fih karatteristiċi tipiċi tal-pajsaġġ Malti, inkluż l-arkitettura, il-flora u l-fauna, kif ukoll figuri tradizzjonali tal-presepju.Aqra aktar

L-espressjoni artistika tal-Milied Malti

  • Żgur nistgħu nkunu ferm aktar kreattivi

Il-Milied magħna u bħar-rutina tal-festa tar-raħal tfaċċa t-tiżjin li jsebbaħ (xi drabi jkerrah) it-toroq, l-irħula u l-imbierka roundabouts mal-gżejjer kollha. Nistgħu ngħidu li issa daħlet drawwa li bħal ħafna bliet barranin bi tradizzjonijiet u kultura Nisranija (ukoll jekk il-knejjes tagħhom aktar mimlija bit-turisti milli bid-devoti) nesprimu artistikament il-ferħ tat-tifkira tat-twelid ta’ Ġesu Bambin. Waqt li xi lokalitajiet, l-aktar dawk kummerċjali, qed jagħmlu sforzi biex itejbu l-espressjoni artistika oħrajn, l-aktar fejn huma postijiet pubbliċi (bħar-roundabouts) weħlu fi stil ta’ kitsch imsawwar minn dilettanti bla ebda ħjiel ta’ armonija mal-ambjent u wisq anqas mal-assiem ġenerali li għandu jilqa’ lis-sewwieqa li jsuqu minn roundabout għal oħra. Kulma jidher jixxiebah huwa l-livell fqir u primittiv li bihom tara għadd ta’ strutturi u forom tal-injam jew materjal ieħor jixgħelu b’figuri varji bla ebda ħajra li tapprezza xi forma ta’ arti fihom.

Aqra aktar

L-itwal siġra tal-Milied f’Birżebbuġa

Hekk kif beda x-xahar ta’Diċembru, ċ-ċelebrazzjonijiet bdew ġmielhom, fosthom f’Birżebbuġa. Din is-sena din il-lokalitá rnexxielha tagħmel l-itwal siġra tal-Milied f’pajjiżna. Iżda mhux biss, hekk kif Birżebbuġa se jkun qed jinbidel f’villaġġ tal-milied. Dwar dan spjegaw aktar Petrina Vella u Chris Bonniċi li huma tnejn mill-organizatturi fuq il-programm PJAZZA.Aqra aktar

Ta’ Ħal Għaxaq ħasbu fir-Russi li jgħixu hawn Malta

 

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq ingħaqad ma’ 2 Minds Events biex dan il-Milied ħaseb fir-Russi li jgħixu hawn Malta.

Tul ir-Russian Winter Fest wieħed se jgawdi minn għazla kbira ta’ ikel tipiku Russu msajjar minn koki Russi, kif ukoll xorb tipiku, artiġjanar u divertiment Russu. L-attività ser tkun mifruxa fuq jumejn, nhar is-Sibt 10 ta’ Dicembru mill-5pm ‘l quddiem u l-Hadd 11 ta’ Dicembru 2016 minn 10am sa 6pm fil-Pjazza ta’ Ħal Għaxaq.

Aqra aktar

Jekk tigdbilhom dwar Father Christmas, aqra dan l-artiklu

Ġenituri qed jiġu mwissija biex jerġgħu jaħsubha darbtejn jekk qed jigdbu lill-uliedhom dwar l-eżistenza ta’ San Niklaw. F’artiklu fil-ġurnal Lancet Psychiatry, żewġ psikologi ddiskutew jekk hix morali din il-gidba, meta tqis li hija parti mill-memorji speċjali għat-tfal fil-Milied.

L-awturi qalu li jekk se nigdbu lit-tfal anke dwar dan il-kunċett , jaf tkun ta’ detriment fuq il-fiduċja li jkollhom lejn il-ġenituri, speċjalment meta jsiru jafu l-verità.

Psikoloġista mill-Università ta’ New England, Kathy McKay, qalet li “l-istorja fittizzja ta’ San Niklaw hi gidba li ġenitur tant ikun involut fiha, u tant ilha tintuża, bejn il-ġenituri u t-tfal, li jekk ir-relazzjoni ta’ bejniethom tkun diġà dgħajfa, jaf tkun ta’ detriment. Jekk il-ġenituri jigdbu dwar xi ħaġa b’ċertezza kbira u għal żmien twil, mela dwar xiex lesti li jigdbu aktar?”Aqra aktar

Send this to a friend