milied – Page 12 – One News

Notifiki

L-Annimali fuq il-catwalk fil-Peru!

Fuq il-catwalk imdorrijin naraw il-mudelli, iżda fil-Peru huma l-annimali li qed jisirqu l-attenzjoni!

Dan hekk kif huma wkoll daħlu fl-ispirtu tal-Milied, u b’ilbies aħmar u assoċjat ma’ dan iż-żmien ferrieħi, xejn inqas minn tmenin annimal – klieb, fniek, u anki fkieren, ħadu sehem fil-kompetizzjoni annwali msejħa “Pet Noel” f’Lima.

Aqra aktar

Iktar minn 100 siġra tal-Milied f’dar waħda!

Huma ħafna dawk li jikkollezzjonaw affarijiet relatati ma’ xi ħaġa li jħobbu jew li jieħdu pjaċir jagħmlu, iżda min iħobb il-Milied u l-ispirtu li jġib miegħu, x’jikkollezzjona?

Id-dar ta’ Thomas u Susanne Jeromin – koppja mill-Ġermanja tidher pjuttost normali minn barra, bi ftit tiżjin bħalma mdorrijin naraw kważi ma’ kull dar.

Aqra aktar

Għax kull anzjan ħaqqu rigal

Sittin siġġu tar-roti, tmenin saqqu mimli bl-arja u għaxar lifters.

Dan hu uħud mill-apparat mixtri primarjament għall-isptar San Vincenz De Paul, imma anke għad-djar fil-komunità, u Monte Karmeli.

Apparat li nxtara mill-Welfare Fund, biex l-anzjani fid-djar tal-anzjani kemm jista’ jkun jgħixu ħajja ta’ kwalità.

Xogħol il-Welfare Fund huwa li fejn ma jasalx il-baġit ta’ San Vinċenz u djar oħra fil-komunità flimkien ma’ Monte Karmeli, ikun hu li jipprovdi servizz ta’ kwalità għal ħajja aħjar.

Minbarra l-apparat bżonnjuz, il-kumitat jorganizza festini, u żied il-baġit biex jagħti rigali ta’ kwalità lill-anzjani f’okkażjonijiet speċjali bħal għeluq sninhom u l-Milied.Aqra aktar

Rakkont ta’ Father Christmas wara li tifel miet f’dirgħajh

Ix-xewqa ta’ tifel ta’ ħames snin, li kien marid b’marda terminali, kienet li jara lil San Niklaw, u kif  dan qata’ xewqtu ħa l-aħħar nifs ta’ ħajtu u miet f’idejh.

Waqt dawn iż-żminijiet ta’ festi, Eric Schmitt-Matzen, jieħu gost jilbes ta’ San Niklaw biex iferraħ lit-tfal, iżda minn tant okkażjonijiet li attenda waħda li qatt ma jinsa kienet meta ltaqa’ ma tifel ċkejken l-isptar fTennessee.

Aqra aktar

Togħma tal-Milied fir-Rabat

Jekk matul is-sena San Pawl u San Ġużepp iġibu ċertu pika fir-Rabat, għall-festi tal-Milied ingħaqdu biex jagħtu atmosfera ta’ festi tal-Milied mill-aqwa.
Aqra aktar

Tradizzjoni tal-Milied li TWERWER lit-tfal u li nittamaw ma tispirax ġenituri Maltin!

Jekk tkun bilgħaqal, jiġi San Niklaw u jtik rigal. S’hemm it-tfal Maltin huma konxji.

It-tfal tar-Repubblika Ċeka għandhom biċċa inkwiet oħra, għax mhux biss iridu jkunu bilgħaqal, imma jridu juru dan l-għaqal lix-xitan!

Tradizzjoni ħelwa u b’intenzjoni tajba li iżda twerwer lit-tfal hija spejgata f’dan il-filmat.

Aqra aktar

L-ewwel kissret boċċa u wara ħebbet għall-Pulizija

Bulgara ta’ 36 sena kissret boċċa tal-ħġieġ minn fuq is-siġra tal-Milied li tqiegħdet quddiem il-Parlament, il-Belt Valletta. Ivelina Petkova tressqet fil-Qorti l-Ġimgħa filgħodu akkużata li volontarjament għamlet ħsara fuq din is-siġra, li ħebbet għal żewġ uffiċjali tal-Pulizija, li kienet fis-sakra f’post miftuħ għall-pubbliku, li għamlet ġesti oxxeni, li kisret il-paċi pubblika u li rrifjutat li tagħti l-partikolaritajiet tagħha lill-Pulizija.

Akkużi li għalihom ammetiet Petkova li ġiet immultata tmien mitt ewro li jridu jitħallsu fi tmien t’ijiem u tpoġġiet taħt ordni ta’ Probation għal żmien sentejn. Il-Qorti ordnat ukoll tħallas tlett mija u ħamsin ewro għall-ispejjeż tal-boċċa tal-ħġieġ li hija kissret.

Fil-Qorti, Petkova talbet skuża għal dak li għamlet u qalet li kienet lesta tħallas għad-danni li kkawżat

Ara l-presepju Malti fil-Vatikan 360°!

Għall-ewwel darba, presepju Malti se jkun dak ewlieni fil-Vatikan.

Kull sena fil-Vatikan ikun hemm presepju magħmul minn xi reġjun Taljan differenti, iżda din is-sena presepju magħmul propju f’pajjiżna se jkun eżebit fi Pjazza San Pietru minn għada sat-8 ta’Jannar.

Kif jgħaddi dan iż-żmien imbgħad se jkun esebit f’pajjiżna f’postijiet pubbliċi fi żmien il-Milied.

Dan il-presepju huwa wieħed partikolari għax fih karatteristiċi tipiċi tal-pajsaġġ Malti, inkluż l-arkitettura, il-flora u l-fauna, kif ukoll figuri tradizzjonali tal-presepju.Aqra aktar

Send this to a friend