milied – Page 11 – One News

“Niċċelebraw f’għaqda”

L-għaqda għal darb’oħra kienet il-messaġġ ewlieni fl-attività Milied Flimkien li ttellgħet fi pjazza Kastilja.

Il-President ta’ Malta użat il-ħin tagħha biex tfajla tas-sekondarja għaddiet hi l-messaġġ li fis-soċjetà u fil-politika nindirizzaw l-ideat u l-opinjonijiet, u mhux il-persuna. Dan biex ma nitilfux l-aspett uman tal-persuni – li lkoll jixirqilhom rispett.

Aqra aktar

Żwieġ bejn ix-xjenza u l-Milied fl-Esplora

Il-Milied nafuh bħala żmien li jgħaqqad familji flimkien, fejn ħbieb li forsi ilhom ma jiltaqgħu jippjanaw xi ħarġa, u żmien fejn dak li jkun ikolu ftit ħin ta’ mistrieħ.

Issa dan iż-żmien ta’ festi qed iservi wkoll bħala mezz kif wieħed jersaq viċin tax-Xjenza, permezz ta’ workshops u spettakli ġodda fiċ-ċentru Esplora li qed ikunu offruti fi tmiem il-ġimgħa sa Jum il-Milied.

Aqra aktar

FILMAT: Tax-Xatt “wieqfa” għal Puttinu

Ħaddiema tax-xatt 25B waqfu għal ftit minuti għall-isfida popolari li tissejjaħ il-manequin challenge. Sfida mhux tas-soltu li waslet biex tinġabar somma ta’ flus għal Puttinu.
Din l-isfida tara lill-parteċipanti jieqfu tal-post u ma jiċċaqalqux fejn b’kanzunetta għaddejja fl-isfond il-kamera tibda ddur madwar kull parteċipant.

Il-maltemp iwaqqaf l-attivitajiet tal-Milied

Ninsabu eżatt ġimgħa qabel il-Milied u l-atmosfera taċ-ċelebrazzjonijiet tibda tirranka. Iżda illum iċ-ċelebrazzjonijiet kellhom ikunu sospiżi ħesrem, minħabba t-temp ikrah li laqat lill-gzejjer Maltin u Għawdxin.

Kienu bosta l-villaġġi tal-Milied madwar Malta li żżarmaw, u attivitajiet, anka filantropiċi li tħassru. One News żar uħud minn dawn il-lokaltajiet, fejn sfortunatament minflok l-innijiet tal-Milied smajna ħoss ieħor, dak tar-riħ qawwi jvenven.

Aqra aktar

RITRATTI: Interpretazzjoni mill-isbaħ mill-Orkestra Nazzjonali f’Ruma

F’kunċert fil-Bażilika Papali ta’ San Paolo Fuori le Mura f’Ruma, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, taħt it-tmexxija tas-Surmast Brian Schembri, tat interpretazzjoni mill-isbaħ tal-Missa Solemnis ta’ Beethoven, fil-preżenza tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, numru ta’ Kardinali, tal-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna, numru ta’ Isqfijiet u diversi Ministri Maltin.
Aqra aktar

Il-President tistieden lill-Papa għal żjara f’Malta

Illum il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kellha laqgħa fil-magħluq mal-Papa Franġisku f’Ruma. Dan proprju fil-ġurnata t’għeluq snin il-Papa fejn illum se jkun qed jiċċelebra t-80 sena.

F’kumment ma’ onenews.com.mt, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tkellmet dwar kif pajjiżna għandu jħossu kburi bit-turija tat-talent Malti f’Pjazza San Pietru f’Ruma, dwar id-diskussjoni li kellha mal-Papa Franġisku waqt il-laqgħa ta’ bejniethom u kif ukoll dwar l-istedina li għamlitlu biex jiġi jżur Malta.

Il-President qalet li f’laqgħa kemmxejn twila li kellha mal-Papa Franġisku, hi bdiet billi rringrazzjatu tal-opportunità mill-isbaħ li ta lill-Malta biex jiġi esebit xogħol Manuel Grech u t-tim tiegħu f’Pjazza San Pietru f’Ruma. Dan hekk kif bħalissa il-presepju Malti jinsab armat b’bosta persuni jżuruh u jammiraw t-talent Malti.

Aqra aktar

Villaġġ tal-Milied fl-Għammieri

Is-sibt u l-Ħadd ir-Razzett tal-Gvern fl-Għammieri, se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku u se jinbidel f’villaġġ tal-Milied.

Baned u korijiet tal-Milied se jtellgħu spettaklu biex idaħħlu lill-pubbliku fl-atmosfera tal-Milied. Se jkun hemm armati wkoll diversi gabbani li jbiegħu ikel, xorb u affarijiet tal-Milied.

Aqra aktar