Malta fit-tmun fiż-żmien “ideali” – Donald Tusk

Malta hija l-aqwa kollaboratur u qiegħda fit-tmun tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fiż-żmien l-ideali.

Dan stqarru l-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Donald Tusk meta tard waranofsinhar iltaqa’ mal-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat f’Kastilja.

Tusk qal li dan huwa żmien diffiċli għall-Unjoni Ewropea iżda esprima sodisfazzjon li huwa propju pajjiżna li qiegħed jieħu f’idejh il-Presidenza f’dan iż-żmien.

Aqra aktar

“Fejn tidħol il-migrazzjoni, inħossni Malti” – Jean Claude Juncker

Kliem ta’ tifħir u importanti dwar pajjiżna, kien dak li kiteb il-President tal-Kummisjoni Ewropea, Jean Claude Juncker, li bħalissa jinsab f’pajjiżna għaċ-ċerimonja ta’ ftuh tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Qal li pajjiżna huwa “birthplace and hearbeat of our EU agenda on migration”.

Dan ifisser li fi prijorità daqshekk importanti fuq l-aġenda Ewropea, pajjiżna huwa meqjus bħala ċ-ċentru ta’ diskussjoni u li għandu rwol importanti ferm f’kwistjoni li tolqot iċ-ċittadini Ewropej. Pajjiżna mhux l-ewwel darba li stieden lill-pajjiżi jpoġġu madwar mejda u jiddiskutu l-futur tal-imigrazzjoni dan hekk kif dan kien propju s-suġġett ewliena fil-Valletta Summit fl-2015.

Aqra aktar

Biex aħna ‘tal-media’ nużaw kliem xieraq dwar l-immigrazzjoni…

Immigranti irregolari, klandestini, refuġjati…kollha smajnihom fuq il-mezzi tax-xandir kemm ilu magħna dan il-fenomenu. Drajna wkoll nisimgħu dwar dawk li jfittxu l-ażil, dawk li applikaw għalih, dawk li għandhom status ta’ refuġjat – insomma termini relattivament ġodda hemm kemm trid.

Kultant aħna stess nitħawdu. Tant li l-Awtorità tax-Xandir organizzat seminar ta’ ġurnata dwar it-terminoloġija li wieħed għandu juża, skont il-European Migration Network. Dan huwa seminar għall-mezzi tax-xandir, biex il-kliem użat fuq ir-radju, televiżjoni u gazzetti jkun kliem korrett u xieraq.

In-Network Ewropea ħejjiet glossarju ta’ kliem li għandu jintuża, ibbażat fuq diversi sorsi iżda l-aktar fuq leġiżlazzjoni Ewropea. Il-kliem fil-glossarju tista’ ssibu wkoll bil-Malti. Il-Professur Anthonu Aquilina mill-Università ta’ Malta se jkun qed jitkellem dwar it-terminoloġija filwaqt li Adriel Vella mill-Awtorità tax-Xandir se jkun qed jippreżenta eżempji prattiċi  ta’ kif għandha tintuża l-lingwa f’suġġetti li jitrattaw il-migrazzjoni u l-ażil.

 

 

Il-migrazzjoni, l-ażil u s-sigurtà – Prijorità matul il-Presidenza Maltija

L-imigrazzjoni, l-ażil u s-sigurtá – prijoritajiet ewlenin għall-Presidenza Maltija tal-2017. Dawn it-tlett oqsma ġew diskussi matul żjara li għamel il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtá Nazzjonali, Carmelo Abela f’kamp għar-refuġjati f’Ateni.  F’dawn it-taħdidiet ġew diskussi l-esperjenzi, kompetenzi u metodi ta’ ħidma komuni fil-konfront tal-migrazzjoni mill-Baħar Mediterran u tas-sigurtá fil-fruntiera tan-naħa ta’ isfel tal-UE.
Aqra aktar