middleman – One News

Notifiki

“Yorgen Fenech ta’ Tumas qabbadni noqtolha, għalija hu l-mandant”


F’seduta oħra li matulha kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra t-tliet eżekuturi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma, il-middleman fil-qtil bies is-salib u ħalef li l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri la qatt semmielu lil Caruana Galizia, la qatt qallu biex joqtolha u lanqas qatt tah xi flus biex jitwettaq dan id-delitt. Aqra aktar

Il-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech mhux se tibda llum. Mistennija x-xhieda tal-‘middleman’

Il-kumpilazzjoni tan-negozjan Yorgen Fenech mixli li huwa l-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia mhux mistennija tibda llum. Din il-kumpilazzjoni kellha tibda tinstema’ quddiem il-Maġistrat Nadine Lia iżda saru żewġ talbiet biex din tirrikuża ruħha. It-talbiet saru mill-familja Caruana Galizia u anki minn Yorgen Fenech innifsu fejn argumentaw li l-Maġistrat Lia għandha kunflitt ta’ interess. Quddiem dawn it-talbiet għar-rikuża, il-Maġistrat Lia għad trid tagħti deċiżjoni, possibilment illum stess.

Intant illum fil-Qorti mistenni jagħti x-xhieda tiegħu Melvin Theuma, l-allegat ‘middleman’ fil-kumplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Theuma ngħata l-maħfra Presidenzjali bil-kundizzjoni li jippreżenta evidenza li imbagħad tkun ikkoraborata fil-Qorti waqt il-prosekuzzjoni ta’ dak akkużat bħala l-moħħ wara l-qtil ta’ Caruana Galizia.

 

L-arrest ta’ Yorgen Fenech ma wasalx minn informazzjoni li ta l-‘middleman’ – il-PM


L-arrest tan-negozjant Yorgen Fenech l-Erbgħa kmieni filgħodu fuq jott hu u ħiereġ minn Malta wasal mhux minn informazzjoni li ta l-persuna meqjus bħala middleman fil-pjan tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dan ikkonfermah il-Prim Ministru meta kien mistoqsi mill-ġurnalisti:Are we to understand that the Police arrests yesterday was not based on any information that the middleman gave given that he has not been issued a Presidential pardon?”

Il-Prim Ministru wieġeb: “Yes”

Dr Joseph Muscat saħaq li l-maħfra Presidenzjali li hu kkommetta ruħu li jirrakkomanda għadha ma ngħatatx anki hekk kif dak meqjus bħala l-middleman fil-pjan tad-delitt għadu ma tax l-informazzjoni sħiħa.

Il-Prim Ministru sostna: “Right now the person who has offered to give information has not given the full information yet and the pardon has not been granted yet.

Il-Prim Ministru fakkar li huwa ħa pass bla preċedent billi ffirma ittra li biha qed jikkommetti ruħu li jirrakkomanda l-proklama lil middleman, bil-kundizzjoni li din tressaq evidenza li tkun anki kkorraborata fil-Qorti fil-prosekuzzjoni tal-mandant tal-qtil ta’ Caruana Galizia.

Il-Prim Ministru sostna: “I took the unprecendented step of signing a letter myself to the lawyers of this gentleman saying that once he gives the evidence and once that evidence it is shown through further proof that it can be corraborated I will be advising the President to issue immunity for the said person. So I think we should all keep in mind that this is a delicate time and not a time we should just speculate.”

L-hekk imsejjaħ middleman kien arrestat fil-jiem li għaddew bħala parti minn operazzjoni tal-pulizija u l-Europol. Il-persuna allegatament kienet involuta f’ċirku ta’ ħasil ta’ flus.

Tul l-interrogazzjoni ta’ din il-persuna ntweriet l-intenzjoni li din tikkollabora mal-pulizija u ssemma li l-persuna għandha evidenza b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia.

Intant matul il-jum issoktaw l-investigazzjonijiet tal-pulizija anki mal-persuna li hi mifhuma qed tgħin il-pulizija biex tasal għall-mandant.

Send this to a friend