Michael Farrugia – Page 8 – One News

Mismugħa t-talba ta’ omm: inqas skariġġ fejn jidħlu benefiċċji

Sa ftit ilu, persuni b’diżabilità, romol u pensjonanti li jaħdmu part time kien ikollhom imorru d-diprtiment tas-Sigurtà Soċjali kull tliet xhur u jagħtu rendikont tas-sigħat li ħadmu, sabiex jieħdu l-bonus. Dan issa se jinqata’, billi dawn il persuni se jintalbu biss darba jipprovdu l-informazzjoni, u jieħdu l-bonus fil-ħin.

Dan tħabbar mill-Minsitru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia, li spjega kif dan il-pass seħħ wara li omm ta’ persuna b’diżabilità semmgħet leħinha waqt laqgħa mis-sensiela “Gvern Li Jisma'”

Aqra aktar

L-ewwel xelter ta’ emerġenza f’pajjiżna

Ġiet inawgurata Dar Papa Franġisku f’Birkirkara: l-ewwel xelter ta’ emerġenza  f’pajjiżna. Dan infetaħ bil-għajnuna ta’ Caritas Malta u investiment mal-privat, f’dan il-każ The Alfred Mizzi Foundation.

Dan huwa mudell uniku u ta’ fejda għal dawk l-aktar fil-bżonn u qed isir wara li l-fondazzjoni li se tmexxih, Dar il-Hena, ġiet imwaqqfa fis-16 ta’ Settembru 2015.

Aqra aktar

Ferħ u rigali f’għeluq sninhom

Għall-ewwel darba qed jingħata servizz ġdid fid-djar tal-anzjani tal-Gvern, fejn kull anzjan u anzjana se jibdew jingħataw rigal f’għeluq sninhom.
Il-fondi għal din l-inizzjattiva ser jinħargu mill-kumitat tal-welfare li jinsab fi ħdan il-Ministeru Għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.

Aqra aktar

Proġett ta’ ġid għall-komunità tal-Ħamrun

Bdew il-proċeduri meħtieġa biex jinbena ċentru għas-servizzi soċjali li se jħaddan fih ċentru għal matul il-jum, ċentru għal matul il-lejl u uffiċini tas-sigurtà soċjali fil-Ħamrun.

Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun kiseb appoġġ mill-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali dwar talba għal soluzzjonijiet, fid-dawl ta’ diversi problemi kontinwi li hemm fil-lokalità. L-uffiċji tas-sigurtà soċjali, per eżempju, ma kienux aċċessibbli. Aqra aktar

Reazzjoni għar-rapport tal-Caritas

Kull m’hemm jiddependi fuq il-Gvern fejn jidħlu familji, wieħed jinnota tnaqqis sostanzjali fin-nefqa għalihom. Dan innotaħ il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia, meta rreaġixxa għar-rapport il ħaġet il-Caritas illum.

Innota wkoll tnaqqis fit-taxxa tad-dħul u inizjattivi bħall-in-work benefit li qed jagħtu riżultati tanġibbli. Infatti l-Caritas ikkonferma li pajjiżna ra tnaqqis fost dawk f’riskju ta’ faqar is-sena li għaddiet.

Aqra aktar

Logo ġdid għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Waqt żjara li għamel fl-MCAST tal-Mosta l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia ltaqa’ ma’ grupp ta’ studenti tal-Art & Design illi qed jaħdmu sabiex  il-logo tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ikun mibdul.

Din hija waħda minn sensiela ta’ attivitajiet illi l-Ministeru flimkien mad-Dipartiment qed jorganizzaw sabiex jimmarkaw is-sittin anniversarju mit-twaqqif tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Aqra aktar

Lejn aktar għaqal, inqas faqar u ħajja aħjar

Il-Ministeru għal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali fil-futur qrib ser iniedi politika ġdida, li tkompli tikkumplimenta l-inizjattiva “Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar”.

Dawn huma sensiela ta’ korsijiet li qed jingħataw lil persuni fil-bżonn b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali. Dawn il-persuni jistgħu jiskbu ħiliet li jwasslu għal stil ta’ ħajja aħjar u b’hekk jindirizza l-faqar.  

Ħabbar dan il-Minsitru Michael Farrugia waqt serata li magħtulha ġew preżentati ċertifikati lil dawk li temmew kors minnhom b’suċċess.  S’issa kienu aktar minn 350 persuna li pparteċipaw, b’etajiet li jvarjaw minn 20 sena sa’ 45 sena.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, li kien preżent għas-serata, fakkar li l-Gvern għandu dmir li titjieb il-kwalita’ tal-ħajja u jridu jkunu l-Kunsilli Lokali li jieħdu azzjoni f’dan ir-rigward.

Il-Ministru Farrugia stqarr li kull persuna trid tkun kapaċi tgħix ħajja indipendenti. Fakkar li m’għadux iż-żmien li x-xogħol tad-dar tieħu ħsiebu l-mara biss u huwa għalhekk li dawn it-tip ta’ korsijiet iħeġġu responsabbilta’ li tinqasam minn kulħadd. Il-Gvern qed joffri childcare b’xejn waqt il-korsijiet, biex in-numru ta’ nies li jipparteċipaw ikompli jiżdied.