Michael Farrugia – Page 7 – One News

Notifiki

Kif persuni b’diżabiltà se jingħataw l-għajnuna bil-fatti

Kif tħabbar fil-baġit għas-sena d-dieħla, se ssir riforma fil-pensjonijiet għall-persuni b’dizabiltà.

Dettalji dwar din ir riforma u kif se titħaddem ingħataw f’konferenza tal-aħbarijiet f’konferenza indirizzata mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia.

Il-Ministru spjega li ir-riforma se tiffoka fuq tliet livelli. L-ewwel livell huwa l-assistenza miżjuda għal-diżabiltà severa – mill-2017 ir-rata se tiżdied gradwalment biex tilħaq il-paga minima.

Aqra aktar

L-MUMN thedded strike dwar social workers u ħaddiema tal-ECG

Il-Malta Union of Midwives & Nurses dalgħodu ħarġet stqarrija fejn qalet li kitbet bi protesta lill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fejn esprimiet ‘disgust’ għax saret laqgħa dwar is-Social Workers u l-ECG Technicians tliet ġimgħat ilu u jsostnu li għadhom qed jistennew risposta biex jigu konklużi il-Ftehim Settorali ta’ dawn iż-żewġ professjonisti.

L-MUMN qalet li tħoss li qed tigi injorata u qalet li jekk sa nhar l-Erbgħa 14 ta’ Dicembru 2016 ma tingħatax appuntament biex jiġu konkluzi ż-żewġ Ftehim Settorali, dawn l-impjegati ser jibdew isegwu azzjonijiet industrijali “inkluż strike mill-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2016 ‘l-quddiem mingħajr pre-avviż ieħor”.

Intant kien hemm min għamel ‘reply to all’ fl-email mibgħuta lill-mezzi tax-xandir, għalkemm wara qal li ntbgħatet bi żball.

Aqra aktar

Carmela llum għalqet 104!

Li tgħix sa mitt sena hija diġa’ xi ħaġa li mhux kulħadd ikollu x-xorti jagħmilha.

Li tgħix sa 104 hija xi ħaġa li verament ma tiġrix lil ħafna. Iżda din hi l-istorja ta’ Carmela Pulo, li dalgħodu kellha żjara mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Carmela hija maħbuba ferm u mħarsa b’għożża f’Cospicua Home.

Tkellimna man-neputi Mario Grixti. Qalilna li Carmela twieldet l-Isla imma minn wara l-aħħar gwerra dejjem għexu Bormla. Kien hemm żmien meta kienet qed tistudja first aid u nursing, imma kellha tieqaf biex tieħu ħsieb lil ħutha. B’kollox kienu ħamest’aħwa, u hi kienet it-tieni waħda. Kellha biss 15-il sena meta tilfet lil missierha. Aqra aktar

Il-Gvern jinnegozja 135 post għall-housing

Il-Gvern qed jinnegozja ma’ żewġ proponenti li offrew proprjetà lill-Awtorità tad-Djar, li proponew li bil-ħlas li jieħdu ta’ din il-proprjetà iħallsu djun li għandhom mal-gvern. Din skont sejħa għall-proposti li ħareġ il-gvern fl-2014.

Meta jingħalaq dan il-proċess, ikun hemm 135 post ġdid disponibbli għall-Awtorità tad-Djar. Farrugia spjega li l-Iskop ewlieni ta’ dan L-RFP kien li il-Gvern talab proposti innovattivi minghand il-pubbliku biex ikun jista’ ikollu f’idejh numru ta’ propjetajiet biex jintużaw għal-akkomodazzjoni soċjali f’qasir żmien.
Aqra aktar

Soqfa, dawl, ilma, dranaġġ, waterproofing….dak kollu essenzjali għal post diċenti

Fl-aħħar sena ta’ Gvern preċedenti, kienu intefqu €350,000 fuq tiswijiet u manutenzjoni  f’appartamenti tal-housing soċjali. Din is-sena, intefqu €1, 900,000.

Wieħed minn dawn il-proġetti huwa fil-binja Okkella Agius fil-Ħamrun, post li s’issa kien mitluq ħafna. Hawn kien hemm bżonn ħidma fuq is-soqfa, id-dawl, l-ilma u d-dranaġġ, apparti l-waterproofing ta’ fuq il-bjut. Saħansitra l-istat tas-soqfa kienet qed twassal għal sitwazzjoni perikoluża.

Hawn tista tisma’ l-kummenti tal-Ministru Michael Farrugia u  Stephen Mc Carthy, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar.

Aqra aktar

Minn għada jkompli t-taħriġ lill-ħaddiema biex tingħata għajnuna lill-familji fil-komunità

Il-Gvern beda jingaġġa numru ta’ professjonisti biex jifformaw timijiet multidixxiplinarji magħmula minn ħaddiema soċjali, terapisti tal-familja, councillors , psikologisti u psikoterapisti,  biex jissaħħaħ is-servizz fil-komunità fost famiji li għandhom bżonn din l-għajnuna.

Wara li xi ġimgħat ilu inġiebu Malta specjalisti mill-Università Amerikana ta’ Seattle biex iħarrgu lil dawn l-istess ħaddiema fi programm ibażżat fuq evidenza xjentifika, ‘The Incredible Years Positive Parenting’, il-bierah regghu waslu Malta dawn l-istess professjonisti biex ikomplu jħarrġu il-ħaddiema f’livell avvanzat.

Aqra aktar

102 persuni jirċievu ċertifikat wara li lestew il-kors ‘Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar’

Waqt attività li saret ġewwa l-Aula Magna fil-Belt Valletta, 102 persuni ngħataw ċertifikat wara li temmew b’suċċess il-kors Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar. Il-parteċipanti kienu ġejjin mil-lokalitajiet tal-Mosta, Kirkop, Sliema u Paola.

Meta kien qed jindirizza lil dawk preżenti, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia faħħar il-ħidma kollha li qed issir min-naħa tal-kunsilli lokali flimkien mal-Home Economics in Action.

Permezz ta’ dan il-kors aktar nies qegħdin jitgħallmu fost l-oħrajn kif iqassmu flushom aħjar u jagħmlu budget, kif iġemmaw u jinvestu bil-għaqal, kif jistgħu jippjanaw għall-bidu ta’ negozju żgħir jew kif jidħlu fid-dinja tax-xogħol, u ngħataw gwida ta’ kif jsajru dieta aktar bilanċjata fost l-oħrajn.

Aqra aktar

In-nisa li jkunu ilhom ġimgħa ma jinħaslu

Nisa li ma tħallewx jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom.

Nisa esposti għal vjolenza fiżika, emozzjonali jew psikoloġika.

Nisa li kien ilhom ġimgħa ma jorqdu, jew li kien ilhom ġimgħa ma jinħaslu.

Nisa li sabu ħin opportun biex jaħarbu, u telqu b’ta’ fuqhom senduqhom.

Nisa li kellhom jgħaddu lilhom u lill-uliedhom b’€150 fil-ġimgħa.

Nisa b’ulied ta’ ftit xhur biss u ebda tama li xi darba għad iqumu fuq saqajhom.

Dawn kollha huma xenarji li rat tul iż-żmien Dar Merħba Bik f’Ħal Balzan. F’din l-intervista, Elaine Pavia tgħidilna li s’issa għaddew 3,400 mara minn din id-dar – u dan minbarra wliedhom. Elaine, li tmexxi din id-dar, kellmitna wara li kien iffirmat ftehim mal-Gvern. Issa Dar Merħba Bik għandha kuntratt ta’ €342,400 fuq tliet snin.

Aqra aktar

Send this to a friend