Michael Farrugia – Page 6 – One News

Notifiki

Ħajja ġdida lill-appartamenti tal-Gvern; uħud kienu ilhom 40 sena jistennew manutenzjoni

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia żar xogħol ta’ manuntenzjoni u rinovar li qed isir fi bokka residenzjali tal-Gvern f’ San Ġiljan. Hawn kien ilu ma jsir restawr għal aktar minn 40 sena.

Hawn osserva li għaddew erba’ snin minn mindu dan il-Gvern ingħata l-fiduċja u l-opportunità biex jaħdem għall-pajjiż.

Il-Ministru stqarr: “Għamilna hafna affarijiet għall-ewwel darba, diversi sfidi li nbidlu f’opportunitajiet. Kienu erba snin ta’ riformi u li wasslu għal-bidla għall-ahjar. Riformi li wħud minnhom affettawaw direttament lil kull familja Maltija u Ghawdxija fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Dawn kienu sensiela ta’ bidliet li irnexxielna niksbu grazzi għall- ottimiżmu u grazzi għax-xogħol”.

Qal li l-Awtorità tad-Djar, magħtul dawn l-aħħar erba’ snin ħadmet sabiex isiru numru ta’ xogħolijiet fuq binjiet eżistenti u li kellhom bżonn xogħol ta’ manutenzjoni. Dan ix-xogħol sar fil-lokalitajiet tal-Isla, Raħal Ġdid, San Pawl il-Baħar, il-Ħamrun, Ta’ Giorni u Pembroke.

Dawn sewew madwar miljun u erba’ mitt elf ewro u l-ħsieb hu li jsir xogħol simili fil-Mellieħa, Ħal Lija u Ħ’Attard.

Aqra aktar

Aktar pajjiżi minn fejn Maltin jistgħu jaddottaw

Numru sabiħ ta’ tfal minn pajjiżi barranin ġew imqabbla ma’ persuni Maltin, u qegħdin fil-proċess li jigu adottati, minn ġenituri  prospettivi Maltin. Dawn jinkludu: Tliet adozzjonijiet mis-Slovakkja, adozzjoni waħda mir-Russja; disa’ adozzjonijiet mill-Portugal, u sbatax-il adozzjoni mill-Indja.

Aqra aktar

Approvat il-finanzjament għall-proġett tal-housing soċjali

Fis-sessjoni ta’ Gvern li jisma’, l-Ministru Michael Farrugia ħabbar li żewġ banek internazzjonali se jkunu qed joffru l-finanzjament għall-proġett ta’ housing soċjali li jiswa €58 miljun, liema finanzjament ġie approvat. Il-Ministru spjega li dan il-proġett se jibda fil-jiem li ġejjin.

Il-Ministru Michael Farrugia premjat minn-Nazzjonijiet Magħquda

Il-Minsitru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia kien premjat għall-promozzjoni ta’ miżuri favur il-familja u l-integrazzjoni soċjali. Dawn waqt laqgħa tal-International Federation for Family Development fil-kwartieri tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York.

Waqt li ndirizza l-assemblea ġenerali, il-Ministru Farrugia qal li leġiżlaturi għandhom obbligu lejn it-tfal u l-kuntentizza tagħhom. Qal li huma f’obbligu jfasslu miżuri u jadottaw politika fejn it-tfal huma fiċ-ċentru.

Il-Gvern se jibqa’ josserva s-suq tal-kera u jieħu l-passi meħtieġa

Il-Partit Nazzjonalista m’għandux proposti anke dwar temi li jmur jitkellem fuqhom kontinwament.  Dan ħareġ fil-beraħ f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mix-Shadow Minister tal-Politika Soċjali Paula Mifsud Bonnici fost l-oħrajn.

B’reazzjoni għal din l-istess konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali ikkundanna d-difiża li qed issir mil-Partit Nazzjonalista għal dawk il-persuni li qed jevadu it-taxxa.  Fi stqarrija qal li wara li s-sussidju tal-kera kien irduppjat fl-aħħar budget, dan il-Gvern se jkompli josserva s-suq tal-kera u se jittieħdu passi oħra neċessarji jekk ikun hemm bżonn.

Il-Ministeru innota li huwa tal-mistħija li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista lanqas kapaċi jaqraw statistika, aħseb u ara kemm jistgħu jiġu fdati bit-tmexxija ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

CASA mċanfar fil-Parlament Ewropew

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, David Casa, kien imċanfar miċ-chairperson tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Dan wara li għal darb oħra uża l-ħin f’kumitat parlamentari fejn il-Ministri Maltin kienu qed iressqu l-prijoritajiet Maltin biex jitkellem dwar allegazzjonijiet li l-Partit Nazzjonalsita qed jagħmel lokalment.

Aqra aktar

Rifużjoni taż-żieda fil-kera

  • L-Awtorità tad-Djar bi 3,020 talba pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva

Il-Ministru għall-Familja Michael Farrugia ħabbar fil-Parlament li r-rifużjoni tal-kera ogħla imħallsa minn inkwilini ta’ residenzi soċjali skont il-liġi tal-2010 se jsiru kollha sa l-aħħar tas-sena skont imħabbar fil-budget.

Id-deputat nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet li hemm ħafna benefiċjari tal-Awtorità tad-Djar li llum qed jirċievu wkoll il-kontijiet għall-ħlasijiet tal-kirja għal din is-sena. Hija staqsiet għaliex il-Ministru ma rrevediex il-ħlasijiet u allura dawk li żdiditilhom il-kirja fl-2014 xorta waħda qed jirċievu kont biex iħallsu l-istess kirja.

Il-Ministru Farrugia qal li kull ż-żieda sa €185 qed tinħadem u se tingħata f’daqqa matul is-sena. Sadanittant, il-kontijiet tal-kera qed joħorġu skont il-kera preżenti, jiġifieri bil-għoli.Aqra aktar

€3.4 miljun f’għotjiet għaż-żwieġ

Bejn l-2013 u s-sena l-oħra, il-gvern ħareġ €3.4 miljun f’għotjiet għaż-żwieġ.

Fi tweġiba għal mistoqsija oħra ta’ Paula Mifsud Bonnici, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia provda aktar informazzjoni interessanti. Fosthom li n-numru ta’ ġenituri li ma jaħdmux u li ma rċevewx iċ-Children Allowance kollu dovut lilhom f’Diċembru li għadda jammonta għal 47.

Aqra aktar

Anzjani jgawdu minn tnaqqis tat-taxxa fuq il-pensjoni

Kif imħabbar fil-baġit, 22,000 pensjonant se jgawdu minn tnaqqis tat-taxxa fuq il-pensjoni tagħhom.

Dan intqal mill-Ministru għall-familja u solidarjeta soċjali Michael Farrugia li spjega kif dan se jwassal biex sa tmiem din il legiżlatura pajjiżna jkun l-ewwel wieħed fl-Ewropa li fih il-pensjonanti se jkunu l-uniċi li ma jħallsux taxxa fuq il-pensjoni.

Aqra aktar

Assistenza biex persuni vulnerabbli jidraw jaħdmu

Dħalna fit-tielet fażi tal-proġett LEAP li se jassigura li persuni vulnerabbli ikollhom għajnuna ta’ mentor biex jidraw id-dinja tax-xogħol.

Ħabbar dan il-Ministru Michael Farrugia, li spjega li fit-tliet snin li l-proġett LEAP ilu fis-seħħ, grazzi għall-għajnuna minn fondi Ewropej, kienu identifikati eluf ta’ persuni li jgħixu f’nassa ta’ benefiċċji soċjali u għal xi raġuni qatt ma daħħlu jew baqgħu fid-dinja tax-xogħol, anzi lanqas biss kienu qed jirreġistraw.

Aqra aktar

Send this to a friend