Michael Farrugia – Page 5 – One News

Notifiki

Tliet ftehimiet mal-Gvern ifissru €960,000 fis-sena lil min l-aktar għandu bżonn

Ġew iffirmati tliet public social partnerships, wieħed ma’ Paolo Freire, mal-Oasi u St Joseph Residential Home.

Permezz ta’ dawn it-tliet kuntratti il-Gvern ser jgħaddi lil dawn l-NGOs €960,000 fis-sena.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijet fejn sar l-iffirmar ta’ dawn it-tliet PSPs.

Dr Farrugia qal illi St Joseph Residential Home joffru servizz residenzjali għal tfal subien li jkollom bżonn ħarsien barra d-dar. Spjega illi bil-ftehim l-antik li kien hemm mal-Gvern, il-Gvern kien iħallas biss għal pagi tal-carers fil-weekends. B’dan il-ftehim il-Gvern issa se jidħol għall-ispiża kważi kollha biex titmexxa din ir-residenza b’mod professjonali.

Aqra aktar

Ikompli jitqassam l-ikel ffinanzjat mill-istat għal dawk l-aktar vulnerabbli

 

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia għamel żjara fiċ-Ċentru LEAP! tal-Mosta fejn is-Sibt filgħodu kien għaddej it-tqassim tal-ikel ffinanzjat mill-istat għal dawk l-aktar vulnerabbli.

Il-Ministru Farrugia qal illi wara li s-sena l-oħra beda jitqassam l-ikel kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, il-qagħda finanzjarja eċċellenti tal-pajjiż ippermettiet li titnieda skema oħra ffinanzjata mill-istat.

Aqra aktar

Ħaddiema tal-korpi u oħrajn se jaraw l-inġustizzji tal-passat indirizzati

Waħda mill-miżuri li tħabbru fil-budget ta’ 2017 kienet illi jkun hemm fond apposta biex jindirizza dawk l-anomaliji tal-passat li sarrfu f’inġustizzji għal bosta persuni.

Dan flimkien ma’ proposta oħra li kienet fil-manifest elettorali ta’ dan il-Gvern fejn intqal li dawn l-aggravji se jkunu indirizzati magħtul il-medda tas-snin.

Kien għalhekk illi din is-sena ġew imwarrba tmin miljun ewro sabiex jibdew jingħataw xi pagamenti bl-aktar mod kontabbli u trasparenti.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Minsitri Michael Farrugia u Edward Scicluna spjegaw li l-gruppi ta’ ħaddiema identifikati  li se jkunu qed jidħlu f’din l-iskema huma kif ġej:

  1. Ex ħaddiema tal-korpi li kienu qed jagħtu servizz  lill- dipartimenti tal-Gvern qabel 1979, iżda li kienu bdew jaghmlu parti mis-servizz pubbliku wara Jannar tal-1979;
  2. Ex ħaddiema tax-xatt li kellhom liċenzja biex jahdmu bejn l-4 t’April 1973 u l-1 ta’ Ġunju 2009;
  3. Uffiċjali tal-korp tal-pulizija fir-ranks ta’ kuntistabbli, surġent jew surġent maġġur li ma tħallsux ghal overtime li ghamlu bejn 1 ta’ Jannar 1993 u l 31 ta’ Diċembru 2009;
  4. Ex ħaddiema tal-Malta Electricity Board;
  5. Possibiltà ta’ ħaddiema oħra

Aqra aktar

Il-Gvern se jissussidja s-self mal-bank għal min jiflaħ l-inqas; ċans isiru sid ta’ dar

Ġiet iffirmata skema ta’ Social Loans, immirata għal dawk li jinsabu fil-lista ta’ stennija għal-akkomodazzjoni soċjali u fil-lista ta’ dawk Ii jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera, iżda li huma f’impjieg stabbli.

Dan huwa l-ewwel ftehim fl-istorja tax-xorta tiegħu.

Il-Gvern, filwaqt li ser jibqa jgħin bis-sussidju lil dawk li jinsabu fil-kera privata, nieda skema fejn dawn l-istess nies ser jingħataw l-opportunità li jmorru fis-suq privat sabiex jixtru l-propjetà.

Il-Gvern se jikkonverti s-sussidju li qed jingħataw illum fuq il-kera għal sussidju fuq il-ħlas lura lil bank. F’dawn il-każijiet dawk interessati ser jingħataw finanzjament totali sa massimu ta’ mitt elf ewro biex jixtru propjetà.

Il-Gvern għamel stħarrig mal-assoċjazzjoni tal-iżvilluppaturi (MDA) u jista’ jikkonferma li hawn numru sostanzjali ta’ propjetajiet li jaqgħu taħt din il-bracket. 

Aqra aktar

“Ir-riżultati tan-naħa l-oħra tal-munita; tas-surplus u tal-ħolqien tax-xogħol” – JM

“Dawn huma r-riżultati tan-naħa l-oħra tal-munita, tas-surplus, tal-ħolqien tax-xogħol..this is prosperity with a purpose.”

Hekk iddeskriva r-riżultat tal-istatistika tal-Eurostat dwar it-tnaqqis fil-faqar f’ pajjiżna il-Prim Ministru Joseph Muscat f’ konferenza tal-aħbarijiet.

Muscat saħaq li kieku l-Partit Laburista kabbar l-ekonomija mingħajr ma ra li l-middle class tissaħħaħ u l-persuni li qegħdin fil-bżonn jogħlew, kien ikun fil-gvern għal xejn  għaliex il-ġustizzja soċjali hija l-fus ta’ kollox.

Aqra aktar

JONQSU KWAŻI BIN-NOFS IL-PERSUNI FUQ IL-BENEFIĊĊJI SOĊJALI

Il-Ministru Michael Farrugia llum ħabbar aktar tnaqqis ta’ nies minn fuq il-benefiċċji soċjali.

Dan ifisser illi il-politika ta’ making work pay li qed iħaddan dan il-Gvern qed taħdem u tħalli ir-riżultati mixtieqa.

Il-Ministru semma informazzjoni li nġabret mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tul Marzu ta’ din is-sena. L-informazzjoni tkopri l-aħħar erba’ snin.

In-numru ta’ persuni fuq l-assistenza soċjali sal-31 ta’ Diċembru 2012 kien 17,727,  u 5,762 minnhom kienu jirċievu il-benefiċċju tal-qgħad.

Dan in-numru naqas għal 9,250 sal-11 ta’ Marzu 2017, fejn 1,210 minnhom jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad.

Dan iffisser illi mill-ewwel ta’ Jannar 2013 u l-11 ta’ Marzu 2017 (xahar ilu) kien hemm tnaqqis ta’ 8,477 persuna minn fuq l-assistenza soċjali.

Dan ifisser tnaqqis ta’ 47.8%, kważi bin-nofs.

Aqra aktar

Oġġezzjoni għal mistoqsija dwar nies b’diżabilità

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ilbieraħ filgħaxija oġġezzjona għal mistoqsija Parlamentari magħmula mid-Deputat Kap tal-Oppożizzjoni Mario de Marco lill-Ministri kollha dwar kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-Dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Il-Professur Scicluna iddeskriva l-mistoqsija bħala “insensittiva u politikament skorretta”. Huwa ma kienx lest jidentifika kemm hemm persuni b’diżabilità f’kull qasam.

De Marco qal li l-mistoqsija mhux politikament skorretta għax saret biex l-Oppożizzjoni tagħmel skrutinju fuq il-Gvern biex tara li l-persuni b’diżabilità jkollhom aċċess ugwali .

Aqra aktar

GĦALL-EWWEL DARBA: ikel finanzjat mill-Gvern dirett għand dawk fil-bżonn

  • TQASSIM TAL-IKEL TAĦT l-ISKEMA ‘DISTRIBUZZJONI TAL-IKEL FINANZJATA MILL-ISTAT’

Għall-ewwel darba fl-istorja socjali ta’ pajjizna l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali nieda skema, fejn se jkun qed jitqassam ikel direttament u esklusivament finanzjat mill-Gvern Malti. Bl-għan ta’ din l-iskema jkun li jintlaħqu aktar nies li jeħtieġu din it-tip ta’ għajnuna.

Aqra aktar

Send this to a friend