Michael Farrugia – Page 3 – One News

Il-Ministru Michael Farrugia jiċħad dak li qalet ‘Il-Mument’

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia ċaħad allegazzjonijiet li saru fi storja fl-ewwel paġna tal-gazzett Il-Mument bit-titlu ‘Michael Farrugia jaqla’ ċamata minn Kastilja’.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern qal li l-artiklu huwa bbażat fuq storja vvintata f’mumenti meta l-Pulizija qed ikollha diversi suċċessi fil-ġlieda kontra l-kriminalità, tnaqqis ta’ kriminalità f’pajjiżna, u f’lejliet l-iffirmar ta’ ftehim storiku għall-membri tal-Korp tal-Pulizija. Il-Ministeru, kif għamel diġà, reġa’ ċaħad qlajjiet fuq il-Kummissarju tal-Pulizija.Aqra aktar

Pjan ta’ azzjoni għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia waqt li kien qed jindirizza lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, qal li għal ħafna min-nies ix-xogħol tad-Dipartiment jinkludi biss tifi tan-nar, iżda huwa ħafna usa minn hekk. Huwa qal li għaddejjin numru ta’ avviżi legali biex jagħtu aktar saħħa legali lid-Dipartiment.Aqra aktar

Preżentazzjoni ta’ ċertifikati ta’ rikkonoxximent wara 25 sena servizz

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia flimkien mad-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Korrettivi, il-Kurunell Alexander Dalli, għall-ewwel darba ppreżentaw ċertifikati ta’ rikkonoxximent lill-ħames uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li rtiraw wara 25 sena servizz. Wieħed mill-uffiċjali rċieva ċ-ċertifikat fl-assenza ta’ missieru. Is-Sur Kevin Mahoney, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali kien preżenti waqt iċ-ċerimonja.

Aqra aktar

Malta toffri l-għajnuna lill-Greċja fit-traġedja li qed isseħħ bħalissa

Malta offriet l-għajnuna lill-Greċja fit-traġedja li qed isseħħ bħalissa fejn nirien ħakmu Attica viċin Ateni.

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili offra l-assistenza tiegħu.

S’issa, in-numru ta’ nies mejta tela’ għal 70 persuna.

 

Beppe Fenech Adami jgħid li l-elezzjoni ħafret in-nuqqasijiet tal-PN

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ddikjara li t-telfa elettorali li ġarrab il-partit Nazzjonalista ħaffret in-nuqqasijiet gravi li wettqu amministrazzjonijiet Nazzjonalisti fil-Gvern.

Mistoqsi waqt il-programm Dissett jekk intrefgħetx ir-responsabbiltà politika għan-nuqqas serju ta’ gvernijiet nazzjonalisti li baqgħu jirrifjuta li jdaħħlu d-dritt tal-avukat waqt l-interrogazzjoni mill-Pulizija u li kawża ta’ dan, bosta kriminali qed jispiċċaw illiberati, Fenech Adami qal li r-responsabbiltà ntrefgħet għax illum il-Partit Nazzjonalista qiegħed fl-Oppożizzjoni.Aqra aktar

Il-Korpi Dixxiplinati jingħaqdu għal attività sportiva

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ppreseda waqt attività sportiva li saret fil-barracks ta’ Ħal Luqa u ta’ Ħal Safi. Uffiċjali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, fil-Forzi Armati ta’ Malta, fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, u fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati pparteċipaw f’din l-attività.
Aqra aktar

Jinqabdu jittimbraw il-passaporti lill-persuni li fil-verità jibqgħu f’pajjiżna.

Wara ġimgħat ta’ investigazzjoni, il-Pulizija ta’ Malta kellha suspett illi passaporti ta’ persuni li kienu f’pajjiżna għal aktar minn tliet xhur skont il-liġi, kellhom il-passaport tagħhom ittimbrat b’tali mod li juri li l-istess persuni ħarġu minn pajjiżna meta fil-verità dawn ma kinux ħarġu.

Immigration Officer mara nstabet li kienet il-persuna li qed tittimbra dawn il-passaporti, u li persuna barranija mill-Maċedonja li kellha kuntatt miegħu kien qiegħed jgħaddilha dawn il-passaporti ta’ diversi persuni barranin. Il-persuna msemmija telgħet il-Qorti u ġiet sospiża mill-impjieg, filwaqt li l-persuna barranija li kellha kuntatt magħha ttellgħet il-Qorti wkoll.

Aqra aktar

Bir-Ritratti: Ma niċħdek qatt – mill-Faċilità korrettiva ta’ Kordin

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, flimkien mal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona u l-kelliem għall-Oppożizzjoni Beppe Fenech Adami attendew għad-dramm ‘Ma niċħdek qatt’ imtella’ mill-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl u mid-direzzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Aqra aktar

Siġar ivvandalizzati fir-riżerva tal-Aħrax tal-Mellieħa

Is-siġar kollha tal-prinjol li tħawlu nhar il-Ħadd 18 ta’ Frar 2018, waqt l-attivita’ “Ingawduh u Niehdu Hsiebu Flimkien” li kienet organiżata mill-Għaqda distrettwali tal-Mellieħa fi ħdan il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), liema Għaqda hija risponsabbli mill-amministrazzjoni tar-Riżerva tal-FKNK fl-Aħrax tal-Mellieħa, ġew vandaliżati u nqalgħu mill-għeruq.  Dan ġara bejn il-lejl tal-24 u l-25 ta’ Frar.Aqra aktar

Send this to a friend