Michael Falzon – Page 2 – One News

Notifiki

Pjan finanzjarju għal wara l-irtirar

Hekk kif fl-2017, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u s-Solitarjetá Soċjali nieda l-istrateġija tal-irtirar u l-kapaċitá finanzjarja, illum ġie mniedi stħarriġ mill-Organizzazjoni għall-Iżvilupp Ekonomiku dwar il-litteriżmu finanzjarju. B’dan l-istħarriġ wieħed jistgħa jara kif il-poplu Malti jieħu deċiżjonijiet dwar kif iqassmu flushom.Aqra aktar

X’jiġri jekk il-ġenituri jħallu lil uliedhom waħedhom id-dar waqt il-ħin tax-xogħol?

X’jiġri meta jidħol rapport li hemm tfal jitħalllew waħedhom waqt li l-ġenituri qegħdin ix-xogħol?

Il-Ministru Michael Falzon spjega fil-Parlament kif dawn huma każijiet rari ħafna, hekk kif Gvern Laburista nieda għall-ewwel darba s-servizz ta’ ħarsien tat-tfal b’xejn, kif ukoll ċentri mmexxija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi għal wara l-ħin tal-iskola. Aqra aktar

Il-Miżuri tal-Gvern għenu fit-tnaqqis tal-faqar

F’konferenza tal-aħbarijiet li l-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetá Soċjali indirizza wara ċ-ċifri ppubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika b’rabta mat-tnaqqis fil-faqar, intqal kif miżuri ewlenin tal-Gvern għenu mhux ftit biex wasalna għal dawn ir-riżultati pożittivi.

Aqra aktar

IL-MIŻURI SOĊJALI SE JIBQGĦU FUQ NETT TAL-AĠENDA

Waqt li kien qed jitfakkar it-tnejn u sittin anniversarju mit-twaqqif tas-sigurtà soċjali f’Malta, il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li fil-baġit għas-sena d-dieħla, il-miżuri soċjali se jibqgħu fuq nett tal-aġenda tal-Gvern. Il-Ministru Falzon qal li fl-aħħar snin, taħt amministrazzjoni Laburista, rajna sensiela ta’ miżuri bla preċedent fejn jidħlu aktar beneffiċji, minn tfal sa pensjonanti.

Aqra aktar

Konferma ta’ politika soċjali effettiva

Qed ngħixu fi żmien storiku fejn mhux biss qed inkabbru l-ekonomija u s-surpluses tal-pajjiż, iżda qed jirnexxilna noħolqu prosperità bil-ġid li bnejna  u ħloqna, qal il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon.

Dan waqt li kien qed jirreaġixxi għall-aħħar statistika tal-Eurostat li kkonfermat kif is-severe material deprivation (SMD) hija nqas minn terz ta’ dak li kienet erba’ snin ilu f’Malta.

Aqra aktar

Ir-realtà tal-familja u l-‘co-parenting’

Qegħdin ngħixu f’realtà fejn it-tfal ħafna drabi jispiċċaw vittmi ta’ tilwim bejn il-ġenituri, b’każijiet fejn l-ulied ikollhom jagħżlu bejniethom, u għalhekk jeħtieġ li nkunu preparati għal dawn iċ-ċirkustanzi,” stqarr il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon waqt li kien qed jindirizza l-konferenza bit-tema l-‘Familja u t-Trobbija tat-Tfal’.

Aqra aktar

It-tifla Niġerjana ma mititx b’nuqqas ta’ nutriment iżda minħabba kundizzjoni medika

Il-Ministru għall-familja, Michael Falzon żvela dettalji ġodda dwar il-mewt traġika tat-tifla Niġerjana ta’ seba’ snin li tilfet ħajjitha fit-tielet Ħadd ta’ Jannar.

Il-Ministru spjega li Victoria Aluko ma mititx b’nuqqas ta’ nutriment kif intqal fil-midja, iżda minħabba kundizzjoni medika li kienet tbati minnha.

Huwa qal li ċ-ċertikat tal-mewt li ngħata l-Ministeru mill-ġenituri taċ-ċkejkna, juri li t-tifla mietet fid-Dipartiment tal-Emerġenza u mhux fil-proprjetà provduta lill-familja tagħha mis-sorijiet tad-Dumnikani.

Il-Ministru rrimarka li dnn l-informazzjoni ma kinitx għand il-Ministeru meta ħarġet l-istqarrija dwar il-mewt tat-tifla.

Huwa qal ukoll li kontra dak spekulat fil-midja, mit-testijiet li saru liż-żewġt aħwa tat-tifla, irriżulta li kienu mitmugħa tajjeb.

 

Il-Ministru Falzon qal: ”Li għidt għidtu kollu b’rispett lejn l-investigazzjoni indipendenti  u lejn l-inkjesta Maġisterjali u fuq kollox b’rispett sħiħ lejn il-memorja ta’ Victoria Aluko. Nappella illi f’okkażjonijiet  bħal dawn nuru solidarjeta sinċiera u mux ninqdew b’okkażjoni  bħal din għal spekulazzjoni, sensazzjonaliżmu jew aġendi oħra.”

Tal mistħija li l-PN juża mewt ta’ tifla Niġerjana għal skop politiku – Michael Falzon

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jinnota illi huwa tassew tal-mistħija kif il-Partit Nazzjonalista qed juża l-mewt tat-tifla Niġerjana biex jipprova jiskorja punti politiċi. Huwa wkoll tal-mistħija l-fatt illi minkejja li hemm l-investigazzjonijiet għaddejjin, il-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ jitfa’ dubji dwar ix-xogħol siewi li jagħmlu l-ħaddiema soċjali.

It-tifla Niġerjana qatt ma kienet taħt Ordni tal-Ħarsien u għalhekk il-Ministeru jerġa’ jfakkar lill-Partit Nazzjonalista illi qed ikun żbaljat meta jirraporta fatti li mhumiex minnhom sabiex jiżgwida lill-qarrejja tiegħu.

Il-Ministeru jfakkar ukoll lill-Partit Nazzjonalista li lbieraħ ħatar investigazzjoni indipendenti mmexxija mill-Imħallef Emeritu Philip Sciberras sabiex il-fatti kollha tal-każ ikunu stabbliti. Dan fl-istess waqt illi għaddejja wkoll l-inkjesta maġisterjali.

Send this to a friend