Michael Falzon – One News

Notifiki

Rajt suwiċidji u familji jitkissru

 

Flimkien għal saħħa mentali aħjar.

Dan kien il-messaġġ ewlieni waqt l-ewwel konferenza nazzjonali organizzata minn dan l-uffiċċju tal-President ta’ Malta li matulha saret diskussjoni wiesgħa anki fuq l-aspett uman ta’ din l-isfida li kulma jmur qiegħda titla’ aktar fuq l-aġenda tal-pajjiż. Aqra aktar

16-il kors differenti fil-komunità se jgħallmuna ngħixu ħajja aħjar

Il-Gvern iffirma ftehim mal-organizzazzjoni volontarja ‘Home Economists in Action’, li se jkun mifrux fuq it-tliet snin li ġejjin. Din l-organizzazzjoni ttella’ bosta korsijiet fil-komunità bil-għan li jinħoloq għarfien li jippromwovi stili ta’ ħajja aħjar, ippjanar b’għaqal u tagħlim ta’ ħiliet.

Il-ftehim kien konkluż bejn il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, b’finanzjament ta’ €123,000 fuq perjodu ta’ tliet snin għal 16-il kors differenti.Aqra aktar

Qattajt ħin ma’ wliedek illum?

Bil-għan li l-piż tal-ħajja mgħaġġla tal-lum ma jkollhiex impatt negattiv fuq it-trobbija tat-tfal, il-Gvern nieda l-kampanja Positive Parenting, bħala parti mill-Istrateġija Nazzjonali għal dan is-settur li tkopri sal-elfejn, erbgħa u għoxrin.

Aqra aktar

Ftehim ta’ €2.4 miljun għal tfal li spiċċaw vittmi mingħajr ebda ħtija

Il-Gvern iffirma ftehim mal-Fondazzjoni Sebħ li kienet magħrufa bħala l-Fondazzjoni Ejjew Għandi li permezz tiegħu se jagħti għajnuna ta’ kważi żewġ miljun u nofs ewro għal tliet snin. Il-Public Social Parternship ġie ffirmat dalgħodu f’Dar Sagra Familja f’Ħaż-Żabbar, waħda mill-erbat idjar li se jkunu qed jibbenefikaw minn dan il-ftehim.

Din id-dar tilqa’ fi ħdanha tfal li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet negattivi fl-ambjent naturali tagħhom. Hawn jingħata servizz u appoġġ kbir lil tfal u adoloxxenti li sfortunatament jispiċċaw vittmi mingħajr ebda ħtija, bil-konsegwenza li jkollhom joħorġu minn dak l-ambjent.Aqra aktar

Proġett ta’ tisbieħ f’30 Housing Estate b’investiment ta’ €150,000

Il-Gvern nieda proġett ta’ tisbieħ fi 30 qasam tad-djar tal-gvern fosthom fil-Ħamrun, il-Floriana, is-Siġġiewi u ta’ Xbiex.

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju parlamentari għall-akkomodazzjoni soċjali Roderick Galdes qal li x-xogħol ta’ manutenzjoni se jsir b’investiment ta’ mija u ħamsin elf ewro. Qal li dan l-investiment li se jibbenefikaw minnu 220 familja li jgħixu f’dawn l-oqsma tad-djar.   Aqra aktar

Send this to a friend