MIA – Page 6 – One News

Notifiki

Lulju mdawwal iktar mis-soltu

  • 8 siegħa ta’ xemx jagħmlu lil Lulju aktar imdawwal mis-soltu
  • Temperatura medja tal-baħar ogħla b’0.2°C min-norma
  • 4mm ta’ xita mkejla; id-doppju tal-ammont normalment mistenni f’Lulju

Aqra aktar

L-inċidenti tat-traffiku jħassbu lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni

Hemm bżonn ta’ bidla fil-liġi li tirregola t-testijiet tal-Breathalyzers mill-Pulizija. Din hija l-fehma tal-Malta Insurance Association li qed tisħaq li kull darba li jsir inċident serju tat-traffiku, b’mod mandatorju għandu jsir breathalyzer test. Dan għaliex mhux l-ewwel darba li mingħajr dan it-test ikun hemm nuqqas ta’ provi li jistgħu jigħinu lill-pulizija biex jipproċedu.

Aqra aktar

L-ajruport inaqqas l-emissjonjiet ħżiena b’700 tunnellata

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta naqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra bi kważi 700 tunnellata fl-2015, filwaqt li naqqas l-emissjonijiet tas-CO2 minn 2.29 kilos għal kull passiġġier għal 1.98 kilo, li jfisser titjib ta’ 13.5%

Din l-informazzjoni toħroġ mir-Rapport dwar is-Sostenibbiltà tal-ajruport li ġie kkumpilat f’konformità mal-linji gwida tal-Global Reporting Initiative (GRI), li huma użati fuq livell globali.

Ir-rapport jiżvela wkoll li l-MIA injettat aktar minn €58 miljun fl-ekonomija lokali fl- 2015 f’forma ta’ kostijiet tal-operat, pagi, benefiċċji, pagamenti lill-Gvern u investimenti fil-komunità lokali.Aqra aktar

50 xahar konsekuttivi ta’ żidiet fl-ajruport

F’Mejju għadda mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta 476,575 passiġġier, li jfisser tkabbir ta’ 7.8% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. Dan ir-rekord ta’ passiġġieri jfisser li l-ajruport laħaq il-50 xahar konsekuttiv ta’ żieda fin-numru ta’ passiġġieri.

Aqra aktar

Ftehim biex tal-films jivjaġġaw aħjar

Sħubija bejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Malta Film Commission ser tgħin biex nies fl-industrija tal-film ikollhom togħma aktar tajba ta’ pajjiżna.

Id-diretturi u l-produtturi tal-films li jżuru xtutna, issa ser jinstaqu minn post għal ieħor, sabiex jiddeċiedu fejn l-aħjar li jiffilmjaw, f’BMW X5 iffinanzjata mill-MIA.

Aqra aktar

L-ewwel pass lejn ajruport lest għall-futur

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta daħal fi sħubija strateġika mas-SITA, organizzazzjoni li tispeċjalizza fis-sistemi tal-IT fis-settur tal-avjazzjoni. Din is-sħubija hija mmirata li tagħti spinta lil operat tal-ajruport sabiex dan jilħaq livelli ogħla ta’ eċċellenza u, b’hekk, isir pijunier fit-teknoloġija flindustrija tal-avjazzjoni.

Aqra aktar

Sajf kmieni fl-ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ 415,409 passiġġier f’April, li jfisser żieda ta’ 5.7% fuq is-sena ta’ qabel.

Din iż-żieda bdiet il-perjodu tas-sajf fuq nota tassew pożittiva. Iċ-ċifra rreġistrata għal April hija kumparabbli man-numru ta’ passiġġieri li għaddew mill-ajruport f’Awwissu 2011 (427,575 passiġġier), li kien l-aqwa xahar għal dik is-sena.

Aqra aktar

Send this to a friend