MIA – Page 5 – One News

Notifiki

Oġġetti mitlufa fl-ajruport ifissru €9,000 għall-Inspire

Il-punti tas-sigurtà, il-washrooms, u l-boarding gates huma tliet postijiet madwar it-terminal tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fejn il-passiġġieri l-aktar li jinsew warajhom oġġetti personali.

Filwaqt li l-ajruport jirritorna medja ta’ 750 oġġett li jinstabu fit-terminal lis-sidien tagħhom kull sena, bosta oġġetti oħra jibqgħu ma jiġux klejmjati u eventwalment isibu sidien ġodda waqt l-irkant tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Lost, Found and Auctioned.

Aqra aktar

Sejba ta’ kilo kokaina fl-Ajruport

Matul il-lejl li għadda, l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga arrestat mara  Sud Amerikana ta’ 25 sena .Il-mara ġiet arrestata mal-wasla tagħha ġewwa l-ajruport Nazzjonali ta’Malta. Ġie arrestat ukol Niġerjan ta’ 39 sena ,residenti Marsaskala, li allegatament huwa involut f’dan iċ-ċirku internazzjonali tad-droga.
Aqra aktar

L-istaġun tax-xitwa fetaħ fuq nota eċċellenti fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Novembru rreġstra tkabbir impressjonanti ta’ 22.4% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. Din hija bla dubju l-akbar żieda f’xahar għall-elfejn u sittax , wara li qabżet it-tkabbir ta’ 19% irreġistrat f’Marzu ta’ din is- sena.

L-ajruport qal li t-tkabbir ta’ Novembru jawgura tajjeb għall-isforzi miżjudin tal-partijiet interessati prinċipali tal-industrija biex jiżguraw li l-gżejjer Maltin ikunu destinazzjoni mfittxa għall-vaganzi tul is-sena kollha. Dan it-tkabbir fil-movimenti tal-passiġġieri ġie rreġstrat b’mod parallel ma’ żieda ta’ 17% fil-movimenti tal- ajruplani u żieda ta’ 21.3% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet.

Aqra aktar

Titjiriet jaslu tard u oħrajn ibidlu r-rotta minħabba l-maltemp

Diversi ajruplani ma setgħux jagħmlu l-inżul tagħhom f’pajjiżna kif skedat minħabba maltempata li riesqa lejn il-gżejjer Maltin. Għaldaqstant, qed ikollhom ibidlu r-rotta biex jinżlu f’ajruporti imkennija. Titjiriet oħra qed jittardjaw biex jagħmlu l-inżul tagħhom f’kundizjonijiet aktar siguri.
Aqra aktar

Dettalji dwar l-ajruplan li ġġarraf

L-ajruplan li waqa’ f’Ħal Luqa huwa magħmul mill-kumpanija Amerikana stabbilita Fairchild Aircraft, li ilha topera mill-1924.

Il-mudell huwa SA227-AT, huwa fixed-wing, bħall-ajruplani normali, u għadu aktar minn magna waħda. Huwa ajruplan manifatturat fl-1983 u ċċertifikat fl-2007. Id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat huwa f’Jannar 2018. Il-magna hija manifatturata mill-kumpanija Garrett, kumpanija Amerikana pijuniera f’ħafna teknoloġiji relatati mas-settur tal-avjazzjoni.

Il-magna hija turbo-prop. Jiġifieri taħdem b’turbina li ddawwar l-iskrun ajruplan, iżda b’kuntrast ma’ turbojet, il-gassijiet tal-exhaust tal-magna ma jkunx fihom biżżejjed enerġija biex joħolqu ispinta sinifikanti, peress li kważi l-qawwa kollha tal-magna tintuża biex iddawwar l-iskrun.

L-ajruplan huwa rreġistrat taħt is-sid Worldwide Aircraft Services Inc., kumpanija Amerikana li ilha topera 25 sena. Iċ-ċertifikat tal-airworthiness, ċioe kemm l-ajruplan huwa tajjeb għal titjijra sigura, inħarġet f’Novembru 2011.

Aqra aktar

AĠĠORNATA: Mara tħalliet l-art f’siġġu tar-roti minn Ryanair f’Malta

Mara marida bil-kanċer u li tuża s-siġġu tar-roti lmentat bil-qawwi kontra l-linja tal-ajru Ryanair fuq il-ġurnal online The Sun, wara li tħalliet f’lift għal persuni b’diżabilità fl-Ajruport Internazzjonali ta’  Malta, filwaqt li l-ajruplan telaq mingħajrha.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta esprima d-diżappunt tiegħu li n-nuqqas fis-servizz mogħti wassal għal dan l-episodju sfortunat u huwa ddispjaċut li l-esperjenza fl-ajruport ma laħqitx l-istandards . Dwar dan diġá nbdiet investigazzjoni mas-service provider sabiex tittieħed azzjoni korrettiva xierqa minnufih.

It-tim tal-ajruport ikkuntattja wkoll lis-Sinjura Walker sabiex niskużaw ruħna għal din is-sitwazzjoni tassew inkonvenjenti u għall-esperjenza negattiva li ġarrbet fl-ajruport tagħna.

Aqra aktar

Tibda l-Airshow!

Illum tibda l-Malta International Airshow. Il-pubbliku jista’ jgawdi mill-opportunita’ li jara l-ajurplani mill-viċin u jieħu r-ritratti. Bla dubju, bosta Maltin ikunu qed jistennew bi ħġarhom din il-wirja spettakolari li matula se jkunu jistgħu jitkellmu wkoll mal-piloti.
Aqra aktar

F’Awwissu jinkiser kull rekord ta’ passiġġieri

Il-movimenti tal-passiġġieri bla preċedent ta’ Awwissu, li ammontaw għal 598,515, kisru kull rekord tat- traffiku stabbilit mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Il-previżjonijiet inizjalment indikaw li tul l-aktar jum impenjattiv ta’ Awwissu, l-ajruport kien mistenni jilqa’ madwar 22,500 passiġġier. L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonferma li din iċ-ċifra prevista nqabżet u l-ajruport fil-fatt laqa’ 22,908 passiġġier.

Aqra aktar

Send this to a friend