MIA | One News

Notifiki

L-Ajruport ibassar li se jgħaddu 7 miljun passiġġier fl-2019

Il-sena li għaddiet l-ajruport internazzjonali ta’ Malta kellu żieda ta’ aktar minn 13% fil-passiġġieri, bil-Kap Eżekuttiv tal-MIA, Alan Borg jinnota li x-xhur tax-xitwa kibru b’pass aktar mgħaġġel mill-eqqel tas-sajf.

Is-Sur Borg qal li s-sena li għaddiet intlaħaq rekord ġdid għall-ajruport meta għaddew minnu aktar minn sitt miljun u tmien mitt elf passiġġieri u kiser ir-rekord milħqu fl-2017.Aqra aktar

Jibda’ l-bini ta’ parkeġġ ġdid ta’ 1,300 karozza fl-Ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta beda x-xogħlijiet sabiex jinbena kumpless ta’ parkeġġ ġdid ta’ 1,300 karozza. Dan il-proġett multimiljunarju, li mistenni jitlesta sa sentejn oħra, se jkun qed jieħu post il-parkeġġ tal-impjegati tal-ajruport.

Dan il-parkeġġ se jkun qed jinbena fuq numru ta’ sulari għalekk il-karozzi ta’ dawk li jużawh se jkunu protetti mill-elementi. Bħala parti mill-proġett se tinbena wkoll mina taħt l-art li se tgħaqqad dan il-parkeġġ mat-terminal prinċipali tal-ajruport.Aqra aktar

Inżul t’emerġenza fl-MIA

Ftit wara t-tmienja ta’ dalgħodu ajruplan tat-tip Micro light iddikjara emerġenza waqt li kien qed jittajjar fl-ajru.

Immedjatament it-torri tal-kontroll idderieġa lill-bdot sabiex jerġa jdur lejn il-mitjar filwaqt li jagħmel inżul ta’ emerġenza.

Aqra aktar

ARA: L-iktar jum bieżel fl-ajruport

B’mija u tmenin titjira, fil-jum tal-Ħadd l-ajruport fetaħ il-bibien tiegħu għal madwar tmienja u għoxrin elf passiġġier biex b’hekk din kienet meqjusa bħala l-iktar ġurnata bieżla tas-sena fl-ajruport.

Aqra aktar

Id-disa’ ajruplan tal-Air Malta jagħmel l-ewwel inżul tiegħu f’pajjiżna

Għall-ħabta tal-11:00 tal-Ħamis filgħaxija, miss għall-ewwel darba mat-tarmac tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, id-disa’ ajruplan  li se jiżdied mal-flotta tal-AirMalta.

L-għamla ta’ dan l-ajurplan huwa Airbus A320 miżbugħ lest bl-arma tal-AirMalta u hu meqjus bħala pass ieħor lejn il-pjan biex dik li sa issa kienet il-linja tal-ajru nazzjonali ta’ Malta, ssir il-linja nazzjonali tal-Mediterran.

Hawn tista ssegwi b’mod dirett dak li ġara:

L-inżul:

It-Tieni Parti:

Ritratti: Chris Spiteri/Sergei Farrugia

Send this to a friend