MHRA – One News

Notifiki

Lesti mmorru quddiem il-Kummissjoni Ewropea biex ninvestu fl-Air Malta

Il-Gvern huwa kommess li jiftaħ diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun jista jsir investiment qawwi fl-Air Malta, kemm il-darba s-sitwazzjoni fil-linja tal-ajru nazzjonali tirriżolvi ruħha.

Żvela dan il-Ministru Konrad Mizzi meta mistoqsi minn ONE NEWS dwar l-aħħar żviluppi fit-tilwima bejn l-unjin tal-bdoti l-ALPA u l-Air Malta.

Tenna li l-gvern u l-Air Malta qed jestendu l-id tal-ħbiberija minkejja t-talbiet mhux ġustifikati tal-ALPA.

“Aħna bħala Gvern jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed, jiena qed inwiegħed li l-każ mal-European Commission se nagħmluh biex ninvestu bil-kbir fl-Air Malta u nħabbru investment plan kbir għas-snin li ġejjin.” Saħaq il-Ministru Mizzi

L-għada li l-qorti laqgħet mandat ta’ inibizzjoni sabiex l-ALPA twaqqaf azzjonijiet industrijali fl-Air Malta, il-Ministru Mizzi tenna l-pożizzjoni tal-Gvern li t-talba tal-bdoti għal garanzija ta’ pakkett finanzjarju ta’ seba’ mitt elf ewro m’ijiex aċċettabbli.

“Il-kumpanija u l-bdoti jpoġġu madwar il-mejda u jiftehmu fuq l-agreement u wara li niftehmu nkomplu nkabbru. Min-naħa tagħna l-Gvern mhu se jkun parteċipi għall-ebda garanzija.” Kompla jgħid.

Intant fi stqarrija, il-kamra tal-kummerċ Maltija kkundannat l-azzjonijiet industrijali li għamlet l-ALPA, fejn qalet li dawn qed iżommu l-pajjiż ostaġġ, bil-Ministru Mizzi jisħaq li kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed għal ġid tal-ħaddiema tal-Air Malta u pajjiżna.

“Kulħadd irid jiġbed il-ħabel tiegħu, kemm b’rispett għall-poplu Malti u Għawdxi, kemm b’rispett għall-kumpanija u l-lealtà lejha u rispett għall-ħaddiema l-oħrajn li m’humiex pilots ukoll.” Ikkonkluda il-Ministru

Matul il-jum, ireaġġixxiet ukoll l-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-ristoranti l-MHRA, fejn qalet li t-talbiet tal-bdoti m’humiex raġjonevoli u li għandhom jiefqu hekk kif dawn mhux biss qed jagħmlu ħsara lill-membri fi ħdan l-MHRA iżda jaf ikunu ta’ ħsara għall-ekonomija Maltija.

L-MHRA żiedet li dawn it-talbiet jaf iwasslu għall-istess destin li ħabbtu wiċċhom miegħu diversi linji tal-arju li llum spiċċaw falluti.

Lanqas temmen x’kien l-aktar rigal popolari dan il-Milied…

Għalkemm għadu ftit kmieni, l-indikazzjonijiet huma li reġgħu kienu festi tajbin u s-sena li għaddiet bħala sena sħiħa kienet sena tajba għan-negozji Maltin u Għawdxin.

Il-Ġimgħa filgħodu waqt il-programm ONE Breakfast il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u s-Sidien tar-Ristoranti qal li dawn il-festi raw aktar Maltin jonfqu iżjed.Aqra aktar

ARA: L-Imsieħba soċjali sodisfatti bil-baġit għall-2019

Il-baġit għall-2019 intlaqa’ tajjeb ħafna minn diversi msieħba soċjali, u kulħadd ikkummenta dwar dak li l-aktar laqat lilu.

Il-Prisdent tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin apprezza l-fatt li l-Gvern sema’ u laqa’ bosta proposti li saru mill-MDA; b’mod partikolari fejn tidħol l-akkomodazzjoni affordabbli.

Aqra aktar

Il-lukandi daħlu mal-€4 miljun mill-Presidenza

L-Assoċjazzjoni Maltija għalLukandi u r-Ristoranti (MHRA) preżentat ir-riżultati tal-istaħrriġ trimestrali lill-membri tagħha li jikopri l-perjodu bejn April u Ġunju 2017 fejn tkompliet tendenza li jiġi rreġistrat tkabbir sinifikanti.

In-numru ta’ turisti li waslu Malta f’dawn ix-xhur żdied b’ 16.9% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Żdied ukoll it-total tal-iljieli li qattgħu f’Malta b’11.9%. Aqra aktar

Deċiżjoni fir-rotta t-tajba

L-għażla tal-AirMalta li terġa’ tiftaħ ir-rotta għal Frankfurt intlgħaqet pożittivament minn bosta, fosthom l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti.

Il-President tal-MHRA, Tony Zahra li għandu esperjenza fis-settur turistiku, saħaq dwar il-bżonn tal-linja Nazzjonali tal-ajru u kif din ta’ Frankfurt kienet bidla li xtaqu jaraw.

Aqra aktar

“Bżonn ta’ investiment biljunarju fl-infrastruttura”

 “Il-pass li jmiss huwa investiment qawwi fl-insfrastruttura,” qal hekk il-President tal-Assoċċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u Ristoranti, MHRA, Tony Zahra dan hekk kif komplew is-sensiela ta’ laqgħat tal-Partit Laburista mal-imsieħba soċjali f’pajjiżna.
Dalgħodu id-deputat mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona iltaqa’ ma’ uffiċjali tal-MHRA.
Cardona spjega kif f’dan il-proċess, il-Partit Laburista qiegħed jisma’ l-proposti tad-diversi msieħba soċjali, biex fuq il-proposti tagħhom ikun jista’ jibni manifest elettorali b’saħħtu għall-elezzjoni li jmiss.

Aqra aktar

Send this to a friend