MFSA | One News

Notifiki

“Is-settur finanzjarju ta’ Malta huwa marbut b’saħħtu mal-bqija tad-dinja”- l-IMF

Esperti tal-Fondi Monetarju Internazzjonali kkonkludew li s-settur finanzajru ta’ Malta huwa f’saħħtu.

Dan joħroġ mill-Financial System Stability Assessment li sar mill-esperti tal-IMF fuq talba tal-Gvern Malti f’Settembru tal-2017.

Fl-evalwazzjoni tagħhom qalu li minkejja li hemm xi sfidi, is-sistema bankarja f’Malta hija f’saħħitha. Qalu li l-banek għandhom kapital u likwidità għolja u jistgħu jilqgħu għal xokkijiet kbar li jista’ jkollha l-ekonomija minn barra. Madakollu qalu li f’dawn iċ-ċirkostanzi banek żgħar jistgħu jkunu esposti għal xi riskji.Aqra aktar

L-MFSA twitti t-triq biex tkun fost l-aqwa regolaturi tas-servizzi finanzjarji fl-Ewropa

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA nediet il-viżjoni u l-istrateġija tagħha għat-tliet snin li ġejjin.

L-MFSA ppubblikat ukoll dokument ta’ konsultazzjoni dwar l-istrateġija tal-FinTech u pproponiet li tintroduċi ċentru ta’ innovazzjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha nediet l-immaġini l-dida tagħha f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA Joseph Cuschieri qal li din il-viżjoni tiddefinixxi l-missjoni tal-Awtorità u l-viżjoni strateġika tagħha.

Huwa semma li din il-viżjoni hija msejsa fuq erba’ pilastri fosthom ir-riżors uman, it-teknoloġija, u aktar involviment tal-partijiet kkonċernati.Aqra aktar

L-MFSA bi twissija dwar entità li tgħid li topera minn indirizz f’Malta

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-MFSA, qed twissi dwar kumpanija FXNobels li qed tgħid li qed topera minn indirizz f’Malta. L-entità forex brokerage, li tippermetti lill-konsumaturi li jbiegħu u jixtru forex, CFDSs, stocks u muniti virtwali fuq l-internet, mhux qed topera minn Malta, u lanqas hija liċenzjata jew awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi servizzi ta’ investimenti finanzjarji lill-konsumaturi.Aqra aktar

Malta mistennija tkun il-bażi ta’ bank ġdid tal-blockchain

Malta mistennija tkun il-bażi ta’ bank li se jibda jagħti servizz lill-kumpaniji tal-blockchain u l-crypto-currencies, li s’issa ma setgħux jingħataw is-servizzi li kellhom bżonn mill-banek tradizzjonali.

Jidher li l-kumpanija RnF Finance Limited, sieħeb ewlieni ta’ OK Group f’Malta, se tkun qed topera bħala l-istituzzjoni tal-kreditu hekk kif l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, tawtorizza dan.Aqra aktar

Klijenti ta’ Satabank se jibdew jieħdu flushom lura minn nhar it-Tnejn li ġej

Mit-Tnejn li ġej, l-ewwel grupp ta’ klijenti ta’ Satabank li kellhom il-kontijiet tagħhom iffriżati se jkunu jistgħu jibdew jieħdu flushom lura.

Dan wara li fl-aħħar ġimgħat, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, issospendiet l-attività bankarja ta’ Satabank bil-konsegwenza li l-klijenti tal-bank la setgħu jiddepożitaw u wisq aktar jiġbdu flushom.Aqra aktar

“L-Oppożizzjoni għandha tiddeċiedi xi trid mill-MFSA”

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista għandha tiddeċiedi xi trid mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA. Dan qalu l-Gvern meta wieġeb għall-aħħar stqarrija mill-Partit Nazzjonalista dwar l-azzjoni f’waqtha li ħadet l-MFSA dwar Satabank.

Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali, u Innovazzjoni tenna li filwaqt li l-gvern se jara li kemm jista’ jkun dawk il-kumpaniji u persuni li għandhom il-flus tagħhom f’dan il-bank ikunu mgħejuna, fil-limiti li tagħtih il-liġi, l-istess Oppożizzjoni għandha tiddeċiedi xi trid mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji. Aqra aktar

Tissokta l-kampanja kontra l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna għax qed jagħmlu xogħolhom

Is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali, u l-Innovazzjoni qal kif huwa tassew ta’ għajb li fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista kompliet għaddejja kampanja qarrieqa kontra l-ħaddiema tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, awtorità indipendenti li qed tagħmel xogħolha b’mod ċar fosthom anke fil-każ tas-Satabank, fejn skont l-istess stqarrija maħruġa mill-awtorità, hija ħadet il-passi kollha li kellha tieħu, xi ħaġa li l-gvern jappoġġja. Aqra aktar

Send this to a friend