MFA – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: “Xorta nistgħu ma nispiċċawx l-aħħar” – Iż-Żażu

Wara t-telfa tat-tim nazzjonali tal-futbol kontra l-Gżejjer Faroe li poġġiet lil Malta fl-aħħar post, il-kowċ tat-tim nazzjonali Raymond “Żażu” Farrugia jemmen li Malta xorta tista’ ma tispiċċax l-aħħar fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-EWRO 2020.

Fl-ajruport internazzjonali crew tal-programm ONE Breakfast stenna lill-kowċ nazzjonali biex jieħu l-kummenti tiegħu hekk kif it-tim irritorna wara d-disfatta tat-Tlieta li għadda.

Aqra aktar

Bonett jitkellem dwar pjan fit-tul li jpoġġi l-klabbs fuq nett  

“Se nkun qed naqsam magħkom proposti u pjan fit-tul sabiex jinbidel dak li huwa neċessarju u l-klabbs ikunu tabilħaqq fuq nett.” Hekk iddikjara l-avukat Chris Bonett meta tkellem dwar il-kandidatura tiegħu għall-President tal-Malta Football Association permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu fuq facebook.

Wara xhur ta’ konsultazzjoni ma’ dawk involuti fid-dinja tal-futbol Bonett stqarr li fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jispjega l-proposti għall-futur tal-football Malti.Aqra aktar

Ivan Vella appuntat direttur tat-timijiet nazzjonali

L-Assoċjazzjoni tal-futbol Malti ħabbret li Ivan Vella ġie appuntat direttur tat-timijiet nazzjonali.

Vella kien manager sa ftit żmien ilu, u issa fl-irwol il-ġdid se jkun qed jieħu ħsieb l-aspett loġistiku u operattiv tas-selezzjonijiet nazzjonali f’kull livell.

Aqra aktar

L-MFA ser tikkompensa lil Saintfiet

Waqt il-laqgħa tal-kunsill tal-MFA li saret ilbieraħ, is-segretarju generali tal-MFA Dr. Angelo Chetcuti ħabbar li l-MFA waslet fi ftehim mal-ex kowc tat-tim nazzjonali Malti Tom Saintfiet dwar il-kumpens li ser jingħata l-kowċ Belġjan wara li l-kuntratt tiegħu ġie tterminat.

Minkejja li ma giex zvelat l-ammont, Chetcuti qal li wara żewġ laqgħat waslu fi ftehim ma’ Saintfiet u għalhekk min-naħa tiegħu mhu ser ikun qed jieħu ebda passi legali fil-konfront tal-MFA.

Aqra aktar