mewt – Page 7 – One News

Notifiki

Għada l-Erbgħa tat-Tniebri – xi jfisser?

Għada huwa l-Erbgħa tat-Tniebri. Illum il-gurnata kważi qajla nafu biha ħlief dawk li għandhom għal qalbhom dawn iż-żminijiet. Kien iż-żmien li fih il-Knisja Kattolika kienet tidħol fil-perjodu tad-dlam għaliex tfakkar meta Ġesù Kristu kien beda jipprepara għal dak li kellu jgħaddi minnu.

Aqra aktar

Is-soru li tgħix fis-Sirja biex tgħin lil dawk fil-bżonn

Ma’ kull minuta li tgħaddi, iċ-ċkejknin u l-familji fis-Sirja jkunu f’ħalq il-mewt. Jistkennu minn xita ta’ bombi u minn dik l-isparatura, bit-tama li l-għada jerġgħu jaraw id-dawl tax-xemx, li minkejja li mogħtija bid-duħħan iswed tal-gwerra għalihom hija t-tama li qalb il-mewt għad għandhom ħajja.

Aqra aktar

It-tifla Niġerjana ma mititx b’nuqqas ta’ nutriment iżda minħabba kundizzjoni medika

Il-Ministru għall-familja, Michael Falzon żvela dettalji ġodda dwar il-mewt traġika tat-tifla Niġerjana ta’ seba’ snin li tilfet ħajjitha fit-tielet Ħadd ta’ Jannar.

Il-Ministru spjega li Victoria Aluko ma mititx b’nuqqas ta’ nutriment kif intqal fil-midja, iżda minħabba kundizzjoni medika li kienet tbati minnha.

Huwa qal li ċ-ċertikat tal-mewt li ngħata l-Ministeru mill-ġenituri taċ-ċkejkna, juri li t-tifla mietet fid-Dipartiment tal-Emerġenza u mhux fil-proprjetà provduta lill-familja tagħha mis-sorijiet tad-Dumnikani.

Il-Ministru rrimarka li dnn l-informazzjoni ma kinitx għand il-Ministeru meta ħarġet l-istqarrija dwar il-mewt tat-tifla.

Huwa qal ukoll li kontra dak spekulat fil-midja, mit-testijiet li saru liż-żewġt aħwa tat-tifla, irriżulta li kienu mitmugħa tajjeb.

 

Il-Ministru Falzon qal: ”Li għidt għidtu kollu b’rispett lejn l-investigazzjoni indipendenti  u lejn l-inkjesta Maġisterjali u fuq kollox b’rispett sħiħ lejn il-memorja ta’ Victoria Aluko. Nappella illi f’okkażjonijiet  bħal dawn nuru solidarjeta sinċiera u mux ninqdew b’okkażjoni  bħal din għal spekulazzjoni, sensazzjonaliżmu jew aġendi oħra.”

Il-ġurnata li fiha aċċidentalment qtilt tifel ċkejken

Il-Każ seħħ f’Ġunju tal-1977 fi triq minn Cincinnati għall-akkwata rurali ta’ Oxford f’ Ohio. Maryann Gray iggradwat fl-eta’ ta’ 22 sena b’intenzjoni li twettaq bosta ħolm tul ħajjitha, meta f’jum minnhom tifel żgħir bjond ħareġ għall-għarrieda quddiem il-karozza tagħha waqt li kienet qed issuq u laqtitu bil-konsegwenza li spiċċa fuq il-bankina. Għal bosta snin, Maryann ma tkellmitx dwar Brian; l-isem tat-tifel li tajret, imma l-ħsiebijiet kontinwi ma ħallewhiex tgħix ħajja serena. Mewtu kellha influwenza dejjiema fuq il-ħajja tagħha.
Malli waslu l-pulizija, ma stennewx ambulanza tiġi, għabbewh fil-karozza taghhom u saqu bih lejn l-isptar. Gray ippanikkjata ħarġet tgħajjat li kienet hi li wettqet l-inċident. Il-pulizija daħħluha fuq wara tal-karozza tagħhom u resaq lejha uffiċċjal fejn qalilha li t-tifel miet. It-tifel safa mtajjar quddiem daru stess.

Aqra aktar

Filmat: L-aħħar tislima lill-anġlu Ziam

 

Tislima mill-isbaħ – hekk nistgħu niddeskrivu t-tislima li ngħata ċ-ċkejken Ziam, li fl-età tenera ta’ tliet snin tilef ħajtu wara kundizzjoni rari u iebsa ħafna.

Fil-Knisja tal-Kunċizzjoni f’Bormla ma kienx hemm fejn toqgħod labra u  minkejja b’demgħa f’għajnejhom, kienu bosta li tbissmu meta ftakru fil-memorja tiegħu u fit-tbissima fuq fommu minkejja l-agunija li kien għaddej minnha. Ċkejken li fil-ftit snin li għex f’din id-dinja biddel il-ħajja ta’ bosta nies.

Aqra aktar

Imut imprenditur ewlieni f’Malta

Miet imprenditur ewlieni f’Malta, Francis Xavier Borg li flimkien ma’ ħuh kien il-fundatur ta’ FXB group. Francis miet miet ilbieraħ filgħaxija fl-età ta’ 91 sena.

Huwa ġie deskritt bħala raġel umli u li dejjem kien jgħallem dak li kien jaf lil ta’ madwaru.

Aqra aktar

FILMAT: Traġedja doppja

Ix-xahar ta’ Awwissu, dan kellu jkun ix-xahar li jisraq żewġ ħajjiet mill-familja Turner.  Traġedja doppja għal żewġt aħwa li kellhom jgħaddu mill-istess destin kiefer li jitilfu ħajjithom fit-toroq Maltin.

Kienet ħabta fl-Imġarr li lbieraħ ħasdet il-ħajja ta’ omm ta’ tlett itfal, Janie Turner, telfa li l-familja tagħha diġà ġarrbet 24 sena ilu. Dan hekk kif oħt Janie, Carmen, tilfet ħajjitha f’qasir il-għomor fl-età ta’ 17-il sena f’inċident tat-traffiku, fl-ewwel ta’ Awwissu tal-elf disa mija tlieta u disgħin, qrib l-istess triq li tilfet ħajjitha Janie.

Żgur li ħadd qatt ma kellu jgħidilha li l-weġgħa li għexet hi, meta tilfet xi ħadd tant għażiż għaliha, kellha tkun l-istess weġgħa li qrabatha jħossu għaliha. Weġgħa li oħt Janie, li tilfet żewġt aħwa, poġġiet fi kliem fuq il-profil ta’ facebook ta’ Janie.

Aqra aktar

Anzjan jinstab mejjet f’residenza f’Ħad-Dingli

Anzjan ta’ madwar 70 sena llum nstab mejjet fir-residenza li kien jgħix fiha fil-lokalità ta’ Ħad-Dingli.

Hu nstab illum għall-ħabta tat-15:00 ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Kbira f’Ħad-Dingli.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali hekk kif il-kawża tal-mewt għadha mhix ikkonfermata. Fejn mhux qed jiġi eskluż li l-anzjan, li x’aktarx hu ta’ nazzjonalità barranija, tilef ħajtu b’kawża naturali.

Fil-jiem li ġejjin mistennija li ssir l-awtopsja fejn din se tkun qed tidditermina l-kawża tal-mewt u kif ukoll meta tilef ħajtu.

Send this to a friend