mewt – Page 5 – One News

Notifiki

Ix-xena tal-ispettaklu lokali maħsuda bil-mewt ta’ attriċi

Ix-xena tal-ispettaklu lokali inħasdet bil-mewt tal-attriċi Doris Bonello ta’ 57 sena. Hija tibqa’ magħrufa għall-parti ewlenija li kellha fis-serja Santa Monika.

Hija ħadet sehem f’diversi tele-drammi oħra bħal Ma Tinbidel Qatt u Grammi.

Fuq il-midja soċjali, bosta esprimew dieqa għat-telfa tal-attriċi, li se tibqa’ magħrufa wkoll għal qalb tajba u l-karattru dħuli tagħha.

 

 

 

Tifla tmut wara li tar tablet f’wiċċha f’inċident tat-traffiku

Qam tħassib serju dwar l-użu tat-tablets fil-karozzi waqt li dawn ikunu qed jinstaqu.  Dan wara li t-Tnejn li għadda f’ Vilanova de Arousa fi Spanja, tarbija ta’ tliet snin tilfet ħajjietha wara li ommha ħabtet ġo van tal-iskola.  Rapporti qalu li t-tifla kienet bilqegħda kif suppost madankollu kawża tal-impatt li seħħ it-tablet tar għal ġo wiċċ it-tarbija. Aqra aktar

45 jingħataw sentenza ta’ mewt fl-Eġittu

L-Eġittu qata’ l-verdett ta’ aktar minn 700 persuna wara protesta paċifika favur fratellanza Musulmana wara li l-President Mohammed Morsi tkeċċa fl-2013. Il-qorti kkonfermat is-sentenzi ta’ mewt ta’ 45 persuna u l-għomor il-ħabs għal 47 persuna oħra, inkluż mexxejja Islamiċi.Aqra aktar

Imut il-President tal-Kamra tal-Kummerċ f’Għawdex

Il-Kamra tal-Kummerċ f’Għawdex ħabbret il-mewt tal-President tagħha Joseph Grech. Huwa kellu 78 sena.

Huwa serva fil-Kamra tal-Kummerċ fil-gżira Għawdxija mill-1999, l-ewwel bħala Kap Eżekuttiv, u bħala President mill-2016.

Huwa se jibqa’ mfakkar għall-appoġġ li dejjem wera lil għaqdiet filantropiċi f’Għawdex.

 

Qraba ta’ Neil ingħaqdu fit-tfittxija

Dawn l-aħħar 24 siegħa kienu iebsin ferm għall-qraba ta’ Neil Zammit, il-ġuvni li nstab mejjet wara li niżel jogħdos f’ Baħar iċ-Ċagħaq iżda dan ma’ qatalgħhomx qalbhom milli jfittxuh lejl u nhar permezz ta’ dinghi tal-familja tagħhom.Aqra aktar

Imut il-Professur Anġlu Psaila

Tħabbret il-mewt tal-Professur Anġlu Psaila, speċjalista tal-mediċina ġenerali. Imwieled Ħaż-Żabbar, huwa kellu 81 sena u kien speċjalista tat-tfal u kardjologu kliniku.

Il-Professur Psaila kien magħruf għal diversi interventi li għamel fil-qasam tal-edukazzjoni tas-saħħa pubblika, billi kkontribwixxa f’għadda programmi lokali tar-radju u t-televiżjoni. Għal bosta snin ppreżenta l-programm Stetoskopju fuq One Radio.Aqra aktar

Send this to a friend