mewt – Page 4 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jiġġarraf il-helikopter tas-sid tal-klabb Leicester City

Madwar siegħa wara t-tmiem tal-partita bejn Leicester City u West Ham United iġġarraf il-helikopter ta’ sid l-istess Leicester, Vichai Srivaddhanaprabha. Il-media Ingliża qed tirraporta li l-helicopter iġarraf ftit tal-metri l-bogħod mill-grawnd ta’ Leicester propju fil-parkeġġ tal-impjegati li hemm biswit il-King Power Stadium.

Immedjatament fuq il-post intbagħtu numru kbir ta’ ħaddiema tal-emerġenza li evakwaw il-grawnd u għalqu ż-żona viċin l-inċident filwaqt li pumpiera bdew jippruvaw jitfu n-nirien qawwija li ħakmu lill-helikopter.Aqra aktar

Mara tmut fuq il-post f’Birkirkara

Mara mietet fuq il-post fi Triq Ganu, Birkirara.

Jidher li l-katavru tal-mara jinsab fuq il-bankina f’din it-triq bieżl,a b’ diversi investigazzjonijiet jinsabu għaddejjin bħalissa.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

ARA: Kif tmut f’għaxar minuti

Meta persuna tikkolassa u tieqaf tieħu n-nifs kull minuta li tgħaddi tifsser pass eqreb lejn il-mewt. Għalhekk il-Malta Resuscitation Council flimkien ma’ numru ta’ entitajiet oħra ħadu sehem  f’kampanja favur l-għarfien dwar is-CPR. Aqra aktar

Imutu wara li lestew maratona

Żewġ persuni li kienu qed jipparteċipaw f’maratona f’Cardiff, Wales, tilfu ħajjithom wara li tahom ħass ħażin hekk kis spiċċaw il-Cardiff Half Marathon.

Jidher li ż-żewġ persuni tahom attakk tal-qalb u kienu kkonfermati mejta fl-Isptar tal-Università ta’ Cardiff. Aqra aktar

Imut l-Ambaxxatur Victor J.Gauci

Tħabbret il-mewt tal-Ambaxxatur Victor J. Gauci, li kien wieħed mill-pijunieri tas-servizz diplomatiku ta’ pajjiżna. Il-kisbiet tas-Sur Gauci tul il-karriera tiegħu, inizjalment bħala uffiċjal pubbliku, kienu kruċjali f’ħafna mill-istadji li huma attribwiti lid-diplomazija Maltija.Aqra aktar

Send this to a friend