mewt – Page 3 – One News

Notifiki

ARA: Ma kinux jgħaddu mingħajr xulxin – Ġirien tal-koppja Harvey

Fl-aħħar sigħat il-Pulizija kompliet tinvestiga s-sejba ta’ katavru ta’ mara Ingliża ta’ 69 sena li kienet ilha mejta mill-14 ta’ Novembru li għadda, fid-dar li kienet tgħix ma’ żewġha, fi Triq San Luqa f’San Pawl il-Baħar.

ONE News hu nfurmat li qarib tagħha kien ilu għal dawn l-aħħar xhur jipprova jikkuntatja lil mara, iżda żewġha kien jgħidlu li hi tinsab tajba. Kien hawn li l-qarib tagħha li jgħix barra minn xtutna ssuspetta ħażin u nnotifika lill-awtoritajiet. Għalhekk il-Kummissjoni għolja Ingliża f’pajjiżna talbet l-għajnuna tal-Pulizija sabiex jfittxu lill-mara.

Crew minn ONE News mar fuq il-post u tkellem mar-residenti fejn qalu li l-koppja Harvey ma kinux jgħaddu mingħajr xulxin.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2019/02/19/qarib-tal-mejta-kien-ilu-xhur-jipprova-jkellimha-bzewgha-jghidlu-li-tinsab-tajba/

Każ ieħor ta’ meninġite- m’għandu ebda rabta mal-każ tat-tifel li miet il-Ħadd

Ġie rrappurtat każ ieħor ta’ meninġite iżda li m’għandu l-ebda rabta mal-każ tat-tifel t’erba’ snin li sfortunatament miet. Fi stqarrija mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa ntqal li tarbija tat-twelid iddaħħlet l-isptar Mater Dei bil-marda tal-meninġite.

L-istqarrija tal-Gvern aċċennat li ż-żewġ każijiet tal-meninġite huma separati u ma ttieħdux minn xulxin fl-isptar hekk kif it-tip ta’ batterja taż-żewġ każijiet hija differenti. Il-batterja li laqtet lit-tarbija hu mifhum li tolqot lit-tfal fl-ewwle tliet xhur ta’ ħajjithom. Din l-infezzjoni tiġi kkurata permezz ta’ anti-bijotiċi hekk kif ma jeżisti l-ebda vaċċin għal din it-tip ta’ batterja.Aqra aktar

FILMAT: Minuta u nofs imdendel bejn ħajja u mewt minn binja f’Tas-Sliema

 

Il-Libjan ta’ 26 sena li tilef ħajtu traġikament f’sit ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema aktar kmieni t-Tnejn, għamel minn tal-anqas minuta u nofs imdendel bejn ħajja u mewt.

Filmat miġbud minn persuna li kienet fl-inħawi juri kif persuna oħra ppruvat issalva lill-vittma b’ħabel. Raġel ieħor jidher jixxabbat u jitfa’ l-ħabel qrib il-vittma, li min-naħa tiegħu prova jaħtaf il-ħabel biex isalva. Huwa jidher jissara mal-ħabel bit-tama li jilħaq il-quċċata tal-binja.

Iżda, kull tentattiv biex isalva ħajtu falla, hekk kif il-vittma ma kellux aktar saħħa jżomm mal-ħabel, bil-konsegwenza li spiċċa waqa’ għoli ta’ madwar seba’ sulari, b’tim mediku jiċċertifikawh mejjet fuq il-post.

one.com.mt kien l-ewwel fuq il-post, fejn kienet għaddejja ħidma delikata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li nfetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale.

Il-filmat mhux qed jixxandar kollu fuq dan is-sit.

Ara wkoll:

BIL-FILMAT: Raġel ta’ 26 sena jmut wara li waqa’ aktar minn disa’ sulari f’Tas-Sliema

“Id-destin ried li llum, il-baħar jieħu lilu”- l-anzjan li tilef ħajtu fiż-Żurrieq kien salva persuna mill-għarqa sentejn ilu

L-anzjan li tilef ħajtu traġikament f’Wied iż-Żurrieq huwa Rokku Bonnici, sajjied ta’ 85 sena miż-Żurrieq stess li f’Ġunju li għadda kien rikonoxxut b’ġieħ iż-Żurrieq, wara li anqas minn sentejn ilu salva persuna mill-għarqa.

“Id-destin ried li llum, il-baħar jieħu lilu”, qal is-Sindku taż-Żurrieq, Natius Farrugia, meta f’messaġġ fuq il-midja soċjali sellem il-memorja tas-sajjied qalbieni.  Aqra aktar

Send this to a friend