mewt – Page 20 – One News

Notifiki

Imut fil-bajja tal-Mellieħa

Slovakk tilef ħajtu fil-bajja tal-Mellieħa wara li sab ruħu f’diffikultà għall-ħabta tat-15:30.

Ir-raġel ta’ 62 sena jgħix San Pawl il-baħar. Huwa ingħata l-ewwel għajnuna minn dawk li kienu l-bajja u nies mill-assoċjazzjoni tas-Salib l-Aħmar. Ittieħed l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat mejjet.

“Meta bid-dmugħ f’għajnejja ġrejt lejn l-isptar”

Is-6 ta’ Lulju tal-2006.

Ġurnata li f’ħajjet Matthew Mercieca ħalliet timbru ndellibli, hekk kif missieru tilef ħajtu f’battalja mal-marda tal-kanċer.

Għaxar snin wara, Matthew – magħruf ma’ ħafna bħala il-“Muxu”, kiteb diska għalih. Siltiet minnha, flimkien m’intervista miegħu, se narawha f’dan is-servizz:

Aqra aktar

Imut Bud Spencer

Bud Spencer, li ismu propja huwa Carlo Pedersoli, miet illum fl-età ta’ 86 sena.

L-aħħar kelma tiegħu kienet ‘grazzi’, skont bintu li kkomunikat l-aħbar wara nofsinhar.

Aqra aktar

Funeral wara sitt xhur

Sitt xhur wara li kien vittma ta’ splużjoni f’karozza Wied il-Għajn se jkun qed isir is-Sibt li ġej il-funeral ta’ Martin Cachia.

Il-funeral ta’ Cachia se jsir il-Ħamrun, fil-Knisja ta’ San Gejtanu.Aqra aktar

Trid tkun taf meta se tmut?

Nafu fiċ-ċert li l-mewt huwa inevittabli, li ma nafux huwa meta se nmutu. Iżda riċerkaturi qalu li hemm l-possibilita’ li nkunu nafu minn qabel.

Huma spjegaw kif esperimenti kixfu fażi ġdida tal-ħajja li tbassar li l-mewt ikun viċin. Minkejja li dan l-esperiment sar fuq l-insetti, huma spjegaw kif il-bniedem jista’ jesperjenza wkoll.

Aqra aktar

F’ġimgħa għerqu 700 qrib tagħna

L-aġenzija tar-refuġjati fi ħdan il-Ġnus Magħquda għadha kemm qalet li matul din il-ġimgħa mas-seba’ mitt immigrant tilfu ħajjithom wara li għerqu viċin il-kosta Libjana.

Filfatt matul dawn l-aħħar jiem ġew rapurtati numru ta’ każijiet fejn intalbet l-assistenza tat-task force tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-iskwadra marittima Taljana wara li dgħajjes mimlija bl-immigranti dehru jiltaqgħu ma’ diffikultajiet kbar bejn sema’ u ilma.

Aqra aktar

Aġġornata: meta mietu 28 Malti f’jum wieħed: iż-Żwieten jiftakru

Nhar is-Sibt, tnejn ta’ Mejju, 1942,  żewġ ajruplani tat-tip Junker JU88  resqu lejn Malta, u għall-ħabta tal-10:45 a.m. tefgħu tmien bombi viċin il-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun u fuq diversi djar li kien hemm fi triq li tagħti għal Ħal Tarxien. Ħafna mill-bombi ma ħadux mal-impatt, li dan wassal għal traġedja akbar.

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun illum qed jorganizza kommemorazzjoni ta’ din it-traġedja.

Aqra aktar

Send this to a friend