mewt – Page 2 – One News

Notifiki

“Għaqqadna jdejna flimkien, waqafna nibku u tlabna għal Elisa”– sħabha tal-iskola

Elisa Buhagiar ta’ 10 snin mill-Imtarfa hija l-vittma li tilfet ħajitha traġikament f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa l-Ħamis filgħaxija. Aħbar li ħasdet lil bosta, iżda telfa akbar għal dawk li kienu jafuha. Fosthom it-tfal tal-iskola St Joseph, l-iskola li kienet tattendi Elisa li kienet fil-ħames sena tal-iskola primarja, u magħha kienu jqattgħu ħafna ħin fuq il-bank tal-iskola.

Viżibbilment emozzjonati, Maya Camilleri u Marya Mizzi, ħbieb tal-qalb ta’ Elisa u li kienu jmorru l-iskola magħha, qalulna li ma jistgħux jemmnu li tilfu lil Elisa.

“Meta sirt naf li mietet ħadt dik id-daqqa qisni f’dinja oħra…. Kien xokk kbir u qisna riedna naċċettaw li ħabiba tagħna kienet mietet u ma nistgħux nġibuha lura”, qalu Maya u Marya.

Iż-żewġt iħbieb jirrakkontaw kif il-Ħamis raw l-aħbarijiet u semgħu bl-inċident imma qatt ma basru li l-vittma kienet se tkun Elisa.

“Rajt l-aħbarijiet u rajt l-inċident imbagħad bagħtu li l-kunċert tħassar…. ħadt xokk kbir meta l-parents bagħtu u qalu li Elisa. Jien ħsibt li kienet orajt imma kien xokk kbir ilni nafha mill-kindergarten”.

Il-jum tal-ġimgħa kellu jkun importanti għal Elisa, għax wara ġimgħat sħaħ ta’ tħejjijiet, kien se jkollha l-parti ewlenija fil-kunċert tal-iskola. Iżda d-destin ried mod ieħor, u l-iskola ħassret il-kunċert b’sinjal ta’ rispett lejha u qrabatha.Aqra aktar

Laura Paffenholz hija t-tfajla li mietet il-lejl li għadda wara inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid

Laura Katarina Paffenholz, tfajla Ġermaniża ta’ 23 sena, tilfet ħajjitha traġikament wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45pm tas-Sibt fi Vjal Santa Luċija Raħal Ġdid.

Minn informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon jidher li s-sieħeb tal-vittma, ġuvni Malti li kien qed isuq il-mutur fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tilef il-kontroll f’nofs ta’ triq minħabba xi żrar u ġebel. Dan bil-konsegwenza li l-ġuvni u tfajla li kienet riekba miegħu waqgħu minn fuq il-mutur. F’dak il-ħin, trakk li kien qed jinstaq minn Sqalli ta’ 43 sena ma setax jevitaha u għadda minn fuq it-tfajla, bil-konsegwenza li nqabdet taħtu.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Tfajla ta’ 23 sena tmut wara inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid

Tfajla Ġermaniża ta’ 23 sena tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 pm tas-Sibt fi Vjal Santa Luċija Raħal Ġdid.

Minn informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon jidher li ġuvni li kien qed isuq il-mutur tat-tip Yamaha tilef il-kontroll tiegħu minħabba xi żrar u ġebel li kien hemm fit-triq, bil-konsegwenza li l-ġuvni u tfajla li kienet passiġġiera miegħu waqgħu minn fuqu. F’dak il-ħin, trakk li kien qed jinstaq minn Taljan ta’ 43 laqat lit-tfajla, bil-konsegwenza li nqabdet taħtu.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda sfortunatament it-tfajla ġiet ċċertifikata mejta fuq il-post. Hu mifhum li t-tfajla u l-ġuvni kienu ilhom għal dawn l-aħħar xhur joħorġu flimkien.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja bl-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid .

Ritratti: Trischia Falzon

Send this to a friend