merkel – One News

“Merkel ma kkontestatx il-perċezzjoni dejjem tikber li d-deċiżjonijiet tal-UE jiddependu mill-Ġermanja” – Alfred Sant

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li l-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel ma merietx il-perċezzjoni li dejjem qed tikber li ħafna mid-deċiżjonijiet tal-UE iseħħu jekk taqbel il-Ġermanja. Dr Sant kien qed jirreaġixxi għall-indirizz tal-Kanċilliera Ġermaniża dwar il-futur tal-Ewropa fil-Parlament Ewropew. Il-Kanċilliera Ġermaniża tkellmet dwar il-futur tal-integrazzjoni Ewropea, ipproponiet armata Ewropea u baġit għaż-żona ewro u anki qajmet il-kwistjoni tal-pressjoni tal-immigrazzjoni, li enfasizzat hija problema Ewropea.

Aqra aktar

Angela Merkel eletta Kanċillier tal-Ġermanja għar-raba’ darba

Angela Merkel ġiet eletta bħala Kanċillier tal-Ġermanja għar-raba’ darba dan wara l-elezzjoni federali li saret ilbieraħ.

Minkejja li l-Partit ta’ Merkel, jiġifieri l-konservattivi, reġa’ ġie elett fil-Gvern dan huwa l-agħar riżultat għal dan il-partit fl-aħħar sebgħin sena.

Fl-aħħar legislatura l-Konservattivi kienu ffurmaw Gvern ta’ koalizzjoni mas-Soċjali Demokratiċi – madankollu matul din il-legislatura mhux ser jerġa’ jiġri l-istess dan għaliex id-Demokratiċi qalu li se jibqgħu fl-Opożizzjoni.Aqra aktar

Jiltaqgħu wara sentejn

Il-kanċillier Ġermaniż Angela Merkel appellat lill-President Russu Vladimir Putin biex jipproteġi d-drittijiet ta’ persuni omosesswali f’Chechnya.

Attivisti qalu li l-pulizija qed tarresta u tittortura persuna u dan biex titrażżan il-komunità gay.

Aqra aktar

Min ried ir-ritratti?

Il-midja tal-Partit Nazzjonalista, inkluż Daphne Caruana Galizia, qalu li l-Prim Ministru beda jċempel għax ried ir-ritratti ma’ dawk li ġew għall-kungress tal-Partit Popolari Ewropew. Gidba li tgħaddi mal-oħrajn.

Iżda, d-destin ried li ħadd m’għamilha ċara daqs il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, li kellu għatx għal ritratt ma’ xi mexxej. Arawh jipprova jieħu selfie ma’ Merkel. Ma tantx dehret impressjonata. Insomma, mhux waħedha!

Aqra aktar

Se jiltaqgħu Trump u Merkel

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel se tiltaqa’ mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Fuq nett tal-aġenda hemm il-kummerċ transatlantiku u r-relazzjonijet man-NATO.

Dan wara li fl-aħħar jiem il-President  hedded lill-produtturi tal-karozzi Ġermaniżi bit-tariffi filwaqt li appella lill-gvern Ġermaniż biex iżid l-ispiża fid-difiża.   

Għal din il-laqgħa l-kanċillier Ġermaniż se tkun akkumpanjata minn uffiċjali għolja tal-kumpaniji Ġermaniżi Siemens u BMW.

Aqra aktar

16-il punt biex il-Ġermanja tħaffef id-deportazzjonijiet tal-immigranti

Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel mistennija toħroġ bi pjan ta’ sittax-il punt biex tnaqqas b’mod drastiku d-deportazzjonijiet ta’ persuni li ma rnexxielhomx jiksbu d-dritt tal-ażil.

Il-Miżuri li qed tfassal Merkel se jinkludi d-dritt lill-awtoritajiet għal aċċess għall-mobiles u sim cars tal-immigranti biex tkun żgurata l-identita tagħhom.

Aqra aktar

Angela Merkel mhux il-kolazzjon tal-lukanda trid, imma xi ħaġa aktar umli fil-Gżira

Forsi l-lussu ma jagħmilx biha.

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel issorprendiet lis-sidien ta’ kafetterija fil-Gżira, meta sabuha ma’ wiċċhom dalgħodu.

Forsi kienet it-tabbella li kitbu fuq barra li laqtitha, fi sfond ta’ Ewropa mimlija inċertezzi u sfidi: “I hope you always find a reason to smile!”

Li hu żgur hu li donnha ppreferiet tagħmel żewġ passi ‘l barra mill-lukanda u tesplora ftit in-normalità Maltija.

Send this to a friend