MEPs | One News

Notifiki

Casa b’ħajr lill-eks Kapijiet, imma mhux lil Delia

Il-kandidat Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, David Casa, injora għalkollox lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

F’filmat li tella’ fuq Facebook wara li tefa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, David Casa kien kostrett jirringrazzja lit-tliet kapijiet preċidenti tal-Partit Nazzjonalista – Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u Simon Busuttil.

Iżda naqas milli jsemmi, u ma kellu l-ebda kliem ta’ ringrazzjament, għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Fuq Facebook, Casa reġa’ ta ħajr lil Fenech Adami, Gonzi u Busuttil. Iżda għal darb’oħra naqas milli jagħmel kull referenza għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Aktar minn hekk, David Casa faħħar il-ħidma ta’ Fenech Adami, Gonzi u Busuttil. Kiteb li se jwiegħed li se jkompli jonora l-legat tagħhom fil-ħidma tiegħu. Iżda hawn ukoll naqas milli jirrikonoxxi l-ħidma ta’ Adrian Delia. Aqra aktar

“Issa nistgħu nitkellmu bil-fatti f’idejna u nuru biċ-ċar li l-allegazzjoni Egrant kienet gidba mill-bidu sal-aħħar”- Chris Fearne

Bħalissa delegazzjoni magħmula minn membri parlamentari Ewropej qed jiltaqgħu mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Ministri Edward Scicluna u Owen Bonnici dwar is-saltna tad-dritt.

Id-delegazzjoni ta’ membri parlamentari Ewropej tinsab għall-ewwel darba f’Malta mindu ħareġ ir-riżultat tal-inkjesta Egrant. Aqra aktar

Il-PL japprova l-ewwel kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew  

L-eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista approva l-ewwel grupp ta’ kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-ewwel kandidati approvati wara li ssottomettew in-nomina tagħhom uffiċjalment huma Felix Busuttil, Josef Caruana, Miriam Dalli, Cyrus Engerer, James Grech, Alex Saliba u Joe Sammut. Iktar kandidati jkunu approvati fil-ġimgħat li ġejjin.

L-ewwel grupp ta’ kandidati jindika li għall-elezzjoni tas-sena d-dieħla, il-Partit Laburista se jkollu l-aqwa għażla biex il-Maltin u l-Għawdxin ikunu rappreżentati bl-aħjar mod fil-Parlament Ewropew.Aqra aktar

Bil-Filmat: MEP’s impressjonati bl-organizzazzjoni ta’ V18

L-organizazzjoni ta’ Valletta elfejn u tmintax qed turi biċ-ċar l-impenn li għandu l-Gvern Malti lejn il-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura.  Dan kien fost il-kliem ta’ tifħir li sar mill-ewroparlamentari li jifformaw parti mid-delegazzjoni tal-Kumitat Kulturali tal-Parlament Ewropew li żaret Malta.

Ic-Chairperson tal-Kumitat Petra Kammerevert esprimiet is-sodisfazzjon tad-delegazzjoni lejn Valletta elfejn u tmintax- b’mod partikolari lejn il-varjeta’ wiesa ta’ attivitajiet li qegħdin jiġu organizzati- liema numru jilħaq madwar l-erba mija.

Aqra aktar

TEST GĦALL-MEPs TAL-PN

• IL-MISTOQSIJA HI: “SE JERĠGĦU JAĦDMU KONTRA MALTA?”

Nhar l-Erbgħa huwa l-ewwel test għall-MEPs tal-PN minn wara l-elezzjoni ġenerali biex juru jekk hux se jaħdmu favur il-pajjiż jew favur l-aġenda politika partiġjana tal-Partit Nazzjonalista kif għamlu tul l-aħħar erba’ snin.

Snin li matulhom il-Partit Nazzjonalista ma kienx għadu fil-gvern. Kien fl-aħħar xhur li l-istess Membri tal-Parlament Ewropew Nazzjonalisti, Therese Comodini Cachia, David Casa u Roberta Metsola, instigaw dibattitu dwar Malta u s-saltna tad-dritt f ’pajjiżna.

Aqra aktar

Busuttil ma jweġibx dwar jekk MEPs tal-PN jħaddmux lil tal-familja

Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma weġibx għall-mistoqsija ta’ ONE NEWS dwar jekk Membri tal-Parlament Ewropew minn tiegħu jħaddmux membri tal-familja fl-uffiċċju tagħhom.

Mistoqsi f’konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha qal li Gvern ġdid ma jaċċettax li jkunu impjegati qraba fil-ministeri, Busuttil kien mistoqsi b’mod dirett dwar jekk għandux MEPs li jiksru dan il-prinċipju.

Simon Busuttil injora għal kollox din il-mistoqsija.

Send this to a friend