MEPA – One News

Notifiki

Mill-uffiċini għall-parkeġġ jaħslu l-karozzi b’risq Puttinu

Minn ġranet impenjativi fl-uffiċċini tal-Awtorità tal-Ipjannar għal ġurnata ta’ ħasil ta’ karozzi għal għan nobbli.

L-Erbgħa filgħodu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, flimkien mat-tmien Diretturi u assistenti Diretturi ħaslu l-karozzi tal-impjegati tal-istess awtorità.

B’kollox inħaslu aktar minn ħamsa u tlettin karozza.

Aqra aktar

Sidien ta’ lukanda ħadu l-liġi b’idejhom

Sidien ta’ Boutique Hotel li tinsab fi triq il-Merkanti fil-Belt Valletta ħadu l-liġi b’idejhom wara li bnew sular aktar minn dak li kien propost inizjalment. L-Awotrità tal-Ippjanar qalet li flimkien mad-Direttur tal-Cultural Heritage diġà ħadet il-passi neċessarji.

Aqra aktar

Azzjoni ta’ inforzar kontra illegalità

Kompliet il-ħidma sfieqa mill-Awtorità tal-Ippjanar kontra żviluppi illegali.

Filfatt uffiċjali tal-infurzar mibgħuta mill-Awtorità kienu kostretti iwaqqgħu residenza li nbniet illegalment fuq art agrikola fil-Wardija, limiti ta’ San Pawl il-Baħar.

Fis-sit li jaqa’ fiż-żona ta’ barra mill-iżvilupp inbniet saħansitra pixxina li tneħħiet ukoll bħala parti mill-operazzjoni ta’ infurzar li twettqet fl-aħħar sigħat.

Aqra aktar

L-AUM tfittex pass ieħor f’Bormla

Nhar il-Ħamis, l-Awtorità tal-Ippjanar mistennija tiddeċiedi fuq xogħol f’Bormla li huwa parti mill-proġett tal-American University of Malta. Issa li r-restawr il-Baċir Numru Wieħed huwa avvanzat ferm l-investituri tal-American University of Malta se jkunu qed ifittxu permess għal estensjoni ta’ sular f’Baċir Numru Wieħed b’mod li jikkumplimenta l-post u jkompli jsebbaħ dak li qed isir wieħed mill-iktar postijiet attraenti fil-Kottonera.

Aqra aktar

“L-affarijiet se jimxu kif suppost minn issa ‘l quddiem”

Jekk għandek xi parti minn darek mhux konformi mal-liġi preżenti, l-Awtorita tal-Ippjanar llum ħabbret li qed tagħtik sentejn cans biex tirregolarizza ruħek.  Hija opportunità unika li se telimina problemi relatati ma’ bejgħ tal-propjetà, iżda se tfisser ukoll li wara dawn is-sentejn, jibda infurzar strett għaliex l-awtorità mhijiex se tibqa’ tagħlaq għajnejha għall-abbużi.

Tkellimna mas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Deborah Schembri u Martin Camilleri, li qed imexxi kumitat li twaqqaf apposta.

Segwi l-intervista għal dettalji dwar l-avviż legali.

Aqra aktar

IL-MISTRA VILLAGE UKOLL; avviż ta’ infurzar biex jitneħħa jew jitwaqqa’

Wara li b’mod esklussiv ħabbarna li nħareġ avviż ta’ infurzar biex il-lukanda Jerma  titneħħa jew titwaqqa’ fi żmien stipulat, l-Awtorità tal-Ippjanar  ħabbert uffiċjlament li ħarġet avviż ta’ infurzar ieħor f’dik li kienet il-Mistra Village Holiday Complex fix-Xemxija.

Dan ukoll, bħall-Jerma, kien żvilupp fuq medda kbira ta’ art li tħalla abbandunat għal snin twal.

Tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-binja fil-Mistra.

Aqra aktar

Send this to a friend